Dan l-aħħar il-Papa Franġisku għamel telefonata lill-Maria Grazia Magrini, il-proprjetarja tal-ħanut tal-ġelati Mario Magrini, f’Abruzzo, b’ringrazzjamenttal-ġelati li bgħatitlu bħala rigal.
F’telefonat f’dan is-sajf kien qal lil Maria Grazia li mit-tliet togħmiet tal-ġelati tal-ħanut – li qed ifakkar il-100 sena tiegħu – jippreferi l-ġelat bit-togħma tal-kafé. Hi qaltlu: “Aħna nitolbu għalik, u inti itlob għalina.” Tant magħruf li l-Papa jħobb il-ġelati, li fit-titjira lura mill-Filippini fl-2015, il-kumpanija tal-ajru qassmet ġelati minflok alkoħol, b’rispett tal-Papa. Meta f’Santa Marta jirċievu xi ġelati, il-Papa jibgħat nota ta’ ringrazzjament flimkien mal-barka tiegħu.
Rapport għal-Laikos minn Joe Galea