Fil-parroċċa ta’ San Roberto Bellarmino, Ruma


VISTA PASTORALI FIL-PARROĊĊA TA’ SAN ROBERTO BELLARMINO

OMELJIA TA’ ĠWANNI PAWLU II. Il-Ħadda, 2 ta’ Marzu 1980

  1. “Dan huwa Ibni, l-għażiż: isimgħuh”! (Lq 9,35). B’dan il-kliem tal-liturġija tallum jiena nindirizza t-tislima tiegħi lill-parroċċa kollha ta’ San Roberto Bellarmino, li kelli x-xorti li nżur illum, it-tieni Ħadd tar-Randan. Niġi għandkom fil-qasam ta’ Isqof ta’ Ruma, mirut mill-Appostli, minn San Pietru u San Pawl, u fl-ispirtu ta’ dan il-kliem li, għodwa waħda l-Appostli semgħuh fuq il-muntanja tat-Trasfigurazzjoni.

Il-komunità parrokkjali tagħkom hija relattivament reċenti: il-kostituzzjoni tmur lura għall-bidu tas-snin tletin, meta l-Papa Piju XI afda l-animazzjoni pastorali lill-patrijiet Geżwiti, li xerrdu l-għana tat-tħejjija tagħhom kulturali u l- esperjenza tagħhom umana u reliġjuża. Grazzi għad-dedikazzjoni tagħhom u għall-kollaborazzjoni ta’ tant lajċi ġenerużi, il-“konsistenza” spiritwali tal-parroċċa kull ma jmur issaħħet b’mod progressiv, ix-xogħol intensiv tal-formazzjoni personali u l-impenn iddedikat għall-animazzjoni tad-diversi gruppi, li fihom tartikola ruħha l-komunità, immaturaw frott konsolanti ta’ ħajja nisranija, li jippermetti li dak li jkun jittama għal futur, ukoll bil-preżenza tat-trasformazzjonijiet soċjali profondi, li ħabbat wiċċu magħhom il-kwartier f’dawn is-snin.

Sa fejn naf jien fittixtu li tiffaċċjaw il-problemi imqanqla minn ċerta tendenza ta’ iżolament u ta’ individwaliżmu, li tħabattu biex tilqgħu l-azzjoni korrożiva li fil-konfront tal-irbit familjari l-ħajja moderna spiss tiżviluppa; Li studjajtu biex terġgħu tqajmu fl-individwi l-kuxjenza tad-dimensjoni soċjali, karatteristika tal-bniedem u tan-nisrani, u biex tistimolaw l-impenn għad-don ta’ dak li jkum permezz tal-inseriment responsabbli fil-komunità kemm ekkleżjali kif ukoll ċivili. Waqt li nagħraf bil-qalb it-triq li mxejtu, jiena nindirizza it-tislima ta’ mħabba tiegħi lill-familja parrokkjali kollha: Lill-Kardinal Vigarju, qabel kollox, li hawn ukoll huwa “ta’ ġewwa” bħal f’kull parroċċa oħra tad-dijoċesi; lill-eċċellentissmu Isqof awżiljarju, Monsinjur Oscar Zanero, li għall-kura pastorali tiegħu hija afdata b’mod partikolari din iż-żona tal-belt; lill-Patri Alberto Parisi, li ilu sbatax-il sena jmexxi din il-komunità, flimkien mal-grupp ta’ patrijiet Geżwiti li jgħinuh, waqt li jaqsmu miegħu it-tamiet, il-ferħ u n-niket  .

It-tislima tiegħi tmur, imbagħad, lid-diversi assoċċjazzjonijiet, li permezz tagħhom il-lajkat huwa preżenti b’mod attiv fil-pastorali parrokkjali, kemm għall-aspett kateketiku u formattiv, kif ukoll  għal dak karitattiv u assistenzjali.

B’mod speċjali l-ħsieb tiegħi imur għaż-żgħażagħ, li għas-sehem tagħhom numeruż u vivaċi għal-liturġija u għall-ħajja tal-gruppi nixtieq nesprimi hawn, il-pjaċir tiegħi. Lilhom tmur ukoll l-eżortazzjoni tiegħi biex iħossuhom personalment responsabbli ta’ sħabhom li għadhom ma għarfux il-ferħ, li jiġi mill-iskoperta tal-ħbiberija ma’ Kristu.

Hawn hi l-konsinna li se nħallilkom, o żgħażagħ għeżież: wasslu lil Kristu lil ħbiebkom, wasslu lil sħabkom lil Kristu! Ma tistgħux tatuhom rigal ikbar minn dan.

Kelma ta’ tislima, fl-aħħarnett, lill-istituti reliġjużi femminili u maskili, li joperaw fl-isfera tal-parroċċa, billi jieħdu ħsieb l-formazzjoni taż-żgħażagħ u għal inizjattivi benefiċi oħra u billi jagħtu wkoll, f’xi każijiet, kontribut validu lill-azzjoni parrokkjali, b’mod speċjali għall-katekeżi taż-żgħażagħ.

Lil kulħadd l-assikurazzjoni ta’ mħabbti u tat-tifkira kostanti tiegħi fit-talb! Ejjew nerġgħu lura lejn it-test evanġeliku.

  1. “Dan huwa Ibni, l-għażiż: isimgħuh!”

Nisimgħu dan il-kliem fil-waqt li fih Pietru, Ġwanni u Ġakbu, l-Appostli magħżula minn Kristu, isibu ruħhom fuq il-muntanja Tabor; il-muntanja tat-Trasfigurazzjoni: “U waqt li kien jitlob wiċċu bidel l-aspett tiegħu u ilbiesu sar abjad u jgħammex. U hekk hu li żewġt irġiel kienu qegħdin jitkellmu miegħu: kienu Mosè u Elija” (Lq 9,29-30).

Dan huwa mela waqt mhux tas-soltu. Waqt li fih Kristu f’ċertu sens jixtieq jgħid lill-Appostli magħżula mill-ġdid xi ħaġa dwaru stess u dwar il-missjoni tiegħu. U ma ninsewx li dawn kienu l-istess tliet Appostli li hu, wara xi żmien, kelli jieħu miegħu fil-Ġetsemani, sabiex ikunu jistgħu jkunu xhieda ta’ meta kellu jinħakem mid-dwejjaq tal-ispirtu, u fuq wiċċu kellu jidher għaraq tad-demm (Mk 14,33; Lq 22,44). Fuq il-muntanja Tabor aħna, madankollu, xhieda magħhom tal-eżaltazzjoni tal-glorifikazzjponi ta’ Kristu f’dak l-aspett uman tiegħu, li fih setgħu jarawh fuq l-art l-Appostli u l-folol.

“Dan huwa Ibni, l-għażiż: isimgħuh”.

Dan il-kliem jidwi fuq Kristu għat-tieni darba.

Għat-tieni darba jagħti xhieda tiegħu mill-għoli l-leħen: f’din ix-xhieda il-Missier jitkellem dwar l-Iben, dwar l-Għażiż tiegħu, etern, li hu mill-istess sustanza tal-Missier, u – dwar dak li hu Alla minn Alla u dawl minn dawl, u li sar bniedem jixbaħ lil kull wieħed minna…

L-ewwel darba din ix-xhieda kienet ippronunzjata fuq il-Ġordan, fil-waqt tal-Magħmudija ta’ Ġwanni, Ġwanni qal: “Hawn hu l-Ħaruf ta’ Alla, hawn hu dak li jneħħi d-dnubiet tad-dinja” (Ġw 1,29). U leħen mis-sema: “Dan huwa Ibni l-għażiż, li fih tgħaxxaqt” (Mt 3,17).

Dan seħħ fil-Gordan – fil-bidu tal-missjoni messjanika ta’ Kristu. Issa jseħħ fuq il-muntanja Tabor – qabel il-passjoni li qiegħda toqrob: qabel il-Ġetsemani. Il-Kalvarju. U fl-istess ħin b’xhieda tal-qawmien mill-imwiet futur.

Għalhekk naqraw dan il-Vanġelu tat-Trasfigurazzjoni tal-Mulej fil-bidu tar-Randan. Fit-tieni Ħadd.

  1. Meta l-Missier jiġi, b’dak il-leħen misterjuż, mill-għoli, jirrendi xhieda lill-Iben u, fl-istess ħin, juri lilna li fih u għalih – għalih u fih – hemm miġbur l-patt il-ġdid u definittiv mal-bniedem. Dan il-patt kien antikament milħuq ma’ Abraham, li huwa missier il-fidi tagħna (kif jgħid San Pawl): (cf. Rm4,11) u dan kien il-bidu tal-patt il-qadim. Bdanakollu l-patt jrtġà kien milħuq qabel ma’ Adam, mal-ewwel Adam (kif isejjaħlu San Pawl) mbagħad mhux miżmum mill-primi ġenituri kien stenna lil Kristu, it-tieni, “l-Aħħar Adam” (1Kor 15,45) biex jakkwista fih u għalih – għalih u fih –  il-forma definittiva, perfetta tiegħu.

Alla-Missier ikkonkluda l-patt mal-bniedem, mal-umanità ta’ Ibnu. Din hija l-quċċata tal-ekonomija tal-fidwa, tar-rivelazzjoni tal-imħabba divina lejn il-bniedem. Il-patt kien konkluż sabiex f’Alla-bniedem l-esseri umani jsiru wlied Alla. Kristu tana l-poter li nsiru wlied Alla” (Ġw 1,12) mingħajr rigward ta’ razza, lingwa, nazzjonalità, sess. “Mhemmx iktar Lhudi linqas Grieg; mhemmx iktar ilsir linqas liberu; mhemmx iktar raġel linqas mara, ladarba lkoll intom wieħed fi Kristu Ġesù” (Gal 3,28).

Kristu rrivela lil kull bniedem id-dinjità ta’ iben addottiv ta’ Alla, id-dinjità li magħha hija marbuta il-vokazzjoni suprema tiegħu, terrestri u eterna. “Pajjiżna… huwa fis-smewwiet – jikteb San Pawl lill-Filippin – u minn hemm nistennew bħala salvatur il-Mulej Ġesù Kristu, li jittrasfigurixxi il-ġisem miskin tagħna biex jikkonfermah ma’ ġismu glorjuż, bis-saħħa tal-poter li għandu biex jissottometti għalih il-ħwejjeġ kollha” (Fil 3,20-21).

U din l-opra tal-patt: l-opra li twassal lill-bniedem għad-dinjità ta’ iben addottiv (jew bint) ta’ Alla, Kristu jwettaqha b’mod definittiv permezz tas-salib. Din hija l-verità li l-Knisja, fil-perijodu preżenti tar-Randan, tixtieq tenfasizza b’mod partikolari: mingħajr is-salib ta’ Kristu ma teżisti ebda elevazzjoni suprema tal-bniedem.

Minn hawn ukoll il-kliem iebes tal-Appostlu fit-tieni qari tallum dwar dawk li “jġibu ruħhom ta’ għedewwa tas-salib ta’ Kristu… li għandhom bħala alla tagħhom lil żaqqhom” (Fil 3,18-19) (irid jgħid it-temporanjetà u biss dak li għandu valur ta’ profit materjali u ta’ utilità).

L-appostlu jitkellem dwar dawk “bid-dmugħ f’għajnejhom” (Fil 3,18). Ejjew nippruvaw nistaqsu lilna nfusna jekk dan id-dmugħ tal-appostlu tal-ġnus jolqotx ukoll lilna, l-epoka storika tagħna, il-bniedem ta’ żmienna. Ejjew naħsbu dwar dan u nistaqsu lilna nfusna jekk hux ukoll fil-ġenerazzjoni tagħna qiegħda tikber ċerta ostilità kontra s-salib ta’ Kristu, il-Vanġelu – forsi biss indifferenza li, kultant, hija agħar mill-ostilità…

  1. Il-Leħen mill-għoli jgħid:
    “Dan huwa Ibni, l-għażiż: Isimgħuh!”

Xi jfisser tismà lil Kristu?

Din hija mistoqsija li ma jistax nisrani jħalli taqà, Linqas l-għarfien tagħha. Linqas il-kuxjenza tagħha.

Xi jfisser tismà lil Kristu?

Il-Knisja kollha għandha tagħti dejjem tweġiba għal din il-mistoqsija fid-dimensjonijiet tal-ġenerazzjonijiet, tal-epoki, tal-kondizzjonijiet soċjali, ekonomiċi e politiċi li jinbidlu. It-tweġiba trid tkun awtentika, trid tkun sinċiera –  hekk bħal ma hu awtentiku u sinċier it-tagħlim ta’ Kristu, il-Vanġelu tiegħu, u mbagħad il-Ġetsemani, is-salib – u l-Qawmien mill-Imwiet

U kull wieħed u waħda minna għandna dejjem nagħtu tweġiba għal din il-mistoqsija: jekk il-kristjaneżmu tagħna, jekk ħajjitna hijiex konformi mal-fidi, jekk humiex awtentiċi u sinċieri. Għandna nagħtu din it-tweġiba jekk ma rridux nissugraw li jkollna bħala alla żaqqna (cf. Fil 3,19) – u li nġibu ruħna aħna stess ta’ għedewwa tas-“salib ta’ Kristu” (Fil 3,18).

It-tweġiba se tkun kull darba xi ftit differenti: differenti se tkun it-tweġiba tal-missier u tal-omm tal familja, differenti dik tal-għarajjes, differenti dik tat-tifel, differenti dik tat-tfajjel u tat-tfajla, differenti dik tal-anzjan, differenti dik tal-marid imsammar ma’ sodda ta’ niket, differenti dik tal-bniedem tax-xjenza, tal-politika, tal-kultura, tal-ekonomija, differenti dik tal-bniedem tax-xogħol fiżiku iebes, differenti dik tas-soru jew tal-aħwa reliġjużi, differenti dik tas-saċerdot, tar-ragħaj tal-erwieħ, tal-Isqof u tal-Papa…

U wkoll jekk dawn it-tweġibiet għandhom ikunu tant daqskemm huma l-bnedmin li jistqarru lil Kristu – bdanakollu hija se tkun f’ċertu sens unika, ikkaratterizzata mix-xebħ intern lil dak li l-Missier ċelesti irrakkomandalna li nisimgħu (“Isimgħuh”). Hekk kif mill-ġdid jgħid San Pawl: “Ħuti ixbħu lili”…”(Fil 3,17) U f’post ieħor iżid: “bħal ma jien nixbaħ lil Kristu” (1Kor 11,1).

Issa, ippermettuli, għeżież ħuti, li nieqaf hawn, biex infakkarkom din il-mistoqsija: Xi jfisser tismà lil Kristu? U b’din il-mistoqsija se nħallikom għar-Randan kollu. Ma jien se ntikom ebda tweġiba partikolariġġata żżejjed, nitlobkom biss li kull wieħed u waħda minnkom tagħmlu b’mod kostanti din il-mistoqsija lilkom infuskom. Xi jfisser nismà lil Kristu f’ħajti? Din il-mistoqsija tagħmilha l-parroċċa kollha u fiha kull komunità singula.

  1. U nkompli nżid – waqt li nsegwi l-liturġija tallum – li s-smigħ ta’ Kristu, l-Iben għażiż tal-Missier Etern, u fl-istess ħin is-sors ta’ dik it-tama u ferħ li dwaru jitkellem b’mod splendidu s- Salm tal-liturġija tallum:

“Il-Mulej hu d-dawl u s-salvazzjoni tiegħi, / minn min għandi nibżà? / Il-Mulej id-difiża ta’ ħajti, / minn min għandi nitwerwer?” (Sal 26 [27],1).

Minn hawn jitnissel il-mottiv kostanti tal-aspirazzjoni spiritwali: “Ismà, Mulej, leħni. / Jien ngħajjat: ikollok ħniena minni! Weġibni. / Dwarek qaltli qalbi. “Fittex lil wiċċu” (Sal 26 [27],7-8).

Fittxu wiċċ Alla – hawn hi d-direzzjoni li lill-ħajja umana jagħti Kristu: “Wiċċek, Mulej, jiena nfittex. / La taħbilix wiċċek, / twarrabx b’rabja l-qaddej tiegħek” (Sal 26 [27],8-9).

Waqt li jkompli għaddej f’din id-direzzjoni, il-bniedem ma jagħlaqx lilu nnifsu fil-limiti tat-temporanjetà biss.

Huwa jgħix bil-prospettiva l-kbira.

“Jiena ċert li nikkontempla t-tjubija tal-Mulej / f’art il-ħajjin. / Ittama fil-Mulej, kun qawwi, / assikura lil qalbek u ttama fil-Mulej!” (Sal 26 [27],13-14).

Iva. Ittama fil-Mulej!

Amen.

 

Miġjub mit-Taljan għall-Maltin minn Emanuel Zarb.

 

Published by

Joe Farrugia

Blog tas-Segretarjat għal-Lajċi.