Omelija fil-parroċċa ta’ Sant’ Injazju ta’ Antijokja.


VISTA PASTORALI FIL- PARROĊĊA TA’ SANT’ INJAZJU TA’ ANTIJOKJA

OMELIJA TA’ ĠWANNI PAWLU II. Il-Ħadd, 16 ta’ Marzu 1980

Għeżież fidili tal-Parroċċa ta’ Sant’Injazju ta’ Antijokja.

  1. Nixtieq qabel xejn nesprimilkom il-pjaċir li ninsab f’nofskom, miġburin b’mod hekk numeruż għal din il-laqgħa mal-Isqof tagħkom biex tieħdu sehem f’din iċ-ċelebrazzjoni tal-Ewkaristija u biex toffru flimkien miegħu “is-simbolu ta’ dik il-karità u l-għaqda tal-ġisem mistiku, li mingħajru ma jistax ikun hemm salvazzjoni” (cf. Lumen Gentium, 26).

Animati, mill-preżenza santifikatriċi ta’ Kristu, nindirizzaw flimkien il-ħsieb tagħna ta’ qima u talb, waqt li nitolbu l-interċessjoni, lill-Isqof kbir u martri Injazju, protettur ta’ din il-parroċċa tagħkom, li, bħala suċċessur ta’ San Pietru fis sedja ta’ Antijokja kien kkundannat għall-bhejjem selvaġġi minħabba x-xhieda nisranija tiegħu, ġarrab il-martirju f’Ruma lejn tmiem ix-xahar ta’ Diċembru tas-sena 107. Il-fdalijiet tiegħu jistrieħu fil-Bażilika ta’ San Klement fi triq Labicana.

Waqt li qaddes b’dmmu l-art Rumana. Huwa hekk sar wieħed mill-missirijiet llustri tal-fidi ta’ din il-Knisja glorjuża tagħna, li – kif hu kien jesprimi –“tixraq lil Alla, denja ta’ glorja, denja li tkun imsejħa beata… tippresiedi l-komunità universali tal-imħabba” (S. Injazju ta’ Antijokja, Ad Romanos, 1). Dwar din ix-xewqa tiegħu imħeġġa bil-kbir li jistqarr il-fidi u li jkun issagrifikat għal Kristu, nieħu gost infakkar f’dan il-waqt xi siltiet ċelebri tal-istess ittra miktuba lir-Rumani: “Jiena qamħ ta’ Alla u għandi nkun misħuq minn snien il-bhejjem, sabiex ninstab ħobż pur ta’ Kristu… Allura nkun veru dixxiplu ta’ Ġesù, meta ġismi jittieħed mid-dehra tad-dinja. Intom itolbu lil Kristu għalija, sabiex insir ostja għal Alla” (S. Injazju ta’ antijokja, Ad Romanos, 4).

Kontenut fundamentali tat-tagħlim ta’ Sant Injazju, jirrigwarda l-għaqda tal-Knisja, li tinbena biss madwar l-Isqof. Ejjew nisimgħu dak li huwa kiteb lill-fidili ta’ Smirne: “Obdu lkoll lill-Isqof. Bħal ma Ġesù jobdi lill-Missier… B’mod separat mill-Isqof ħadd ma jagħmel xejn minn dak li jappartieni lillKnisja. Fejn ikun preżenti l-Isqof, hemm tkun ukoll l-kotra tal-fidili, bħal ma fejn ikun Ġesù Kristu hemm tkun il-Knisja kattolika” (S. Injazju ta’ Antijokja, Ad Smyrnaeos, 8).

F’dan l-ispirtu ta’ għaqda u ta’ karità nindirizza t-tislima tiegħi ta’ mħabba lilkom preżenti hawn, u lit- tmint elef fidil kollha tal-parroċċa; b’mod speċjali nixtieq nilħaq bi ħsiebi mimli xewqat sbieħ lill-morda, lit-tfal u lil dawk li jinsabu fil-bżonn.

Ruħi issa tiddirieġi ruħha rikonoxxenti lejn il-Kardinal vigarju, lejn l-Isqof awżiljarju taż-żona Monsinjur Ġulju Salimei, lejn il-meritorju kappillan Monsinjur Ġovanni Scorza, lejn il-kollaboraturi żelanti tiegħu u lejn dawk kollha li ħejjew b’żelu ġeneruż din il-laqgħa tagħna.

Insellem lir-reliġjużi rġiel u lir-reliġjużi nisa, lid-diversi assoċċjazzjonijiet kattoliċi, lill-grupp tal-katekisti, lill-grupp vinċenzjan tal-voluntarjat u lil dawk kollha li jikkollaboraw mal-kappillan u mas-saċerdoti fid-diversi inizjattivi, għal dik il-konverżjoni kontinwa tal-erwieħ, tal-familji u tal-istituzzjonijiet soċjali, għal dawk il-valuri spiritwali li għandhom jikkaratterizzaw komunità nisranija  .

  1. Illum, ir-rabà Ħadd tar-Randan, il-Knisja, permezz tal-liturġija, trid twassal sejħa qawwija għar-rikonċiljazzjoni ma’ Alla. Il-Vanġelu jippreżentaha bħala atteġġjament fundamentali, bħalu kontenut primarju ta’ ħajjitna ta’ fidi. F’dan l-istaġun partikolari tal-ispirtu, bħal ma hu r-Randan, l-istedina għar-rikonċiljazzjoni għandha tidwi b’qawwa partikolari fi qlubna u fil-kuxjenzi tagħna. Jekk aħna tassew dixxipli u konfessuri ta’ Kristu, li rrikonċilja l-bniedem ma’ Alla, ma nistgħux ngħixu mingħajr ma nfittxu, min-naħa tagħna, tali rikonċiljazzjoni nterna.

Ma nistgħux nibqgħu fid-dnub u ma nisforzawx li nsibu mill-ġdid it-triq li twassal f’dar il-Missier, li dejjem jistenna r-ritorn tagħna,

Matul ir-Randan il-Knisja ssejħilna mill-ġdid għat-tiftix ta’ tali mixja: “Nitolbukom f’isem Kristu: Agħmlu ħbieb ma’ Alla” (2 Kor 5,20). Billi nirrikonċiljaw ruħna ma’ Alla f’isem Kristu biss nistgħu niggustaw “kemm hu tajjeb il-Mulej” (Sal 33 [34],9), billi nagħrfuh, biex ngħidu hekk, sperimentalment.

Mhux dwar is-severità ta’ Alla jitkellmu l-kunfessjonarji fid-dinja, li fihom il-bnedmin jistqarru dnubiethom, imma pjuttost dwar it-tieba ħanina tiegħu. U kemm jersqu lejn il-konfessjunarju, kultant wara bosta snin u bit-toqol ta’ dnubiet gravi, fil-waqt li se jitbegħdu, isibu l-konfort mixtieq; jiltaqgħu mal-ferħ u s-serenità tal-kuxjenza li barra mill-qrar ma jkunu jistgħu jsibuh imkien. Infatti ħadd m’għandu s-setgħa jeħlisna minn dnubna, jekk mhux Alla biss. U l-bniedem  li jikseb tali maħfra, jirċievi l-grazzja ta’ ħajja ġdida tal-ispirtu, li Alla biss  jistà jikkonċedilna fit-tieba infinita tiegħu.

“Dan l-imsejken għajjat u l-Mulej semgħu; / jeħilsu mid-dwejjaq kollha tiegħu” (Sal 33 [34],7).

  1. Permezz tal-parabbola tal-Iben il-Ħali, il-Mulej Ġesù ried jistampa u japprofondixxi din il-verità, splendida u bil-kbir għanja, mhux biss fl-intellett tagħna imma wkoll fl-immaġinazzjoni tagħna, f’qalbna u fil-kuxjenza tagħna. Kemm bnedmin matul il-korsa tas-sekli, kemm minn dawk ta’ żminijietna jistgħu mill-ġdid isibu f’din il-parabbola il-karatteristiċi fundamentali tal-istorja personali tagħhom. Huma tlieta l-waqtiet kulminanti fl-istorja ta’ dak l-iben, li miegħu kull wieħed u waħda minna, f’ċertu sens, nidentifikaw ruħna meta nċedu għad-dnub.

L-ewwel waqt: lt-tbigħid. Nitbegħdu minn Alla, bħal ma dak l-iben tbiegħed minn missieru, meta nibdew inġibu ruħna fil-konfront ta’ kull ġid li hemm fina, hekk kif għamel hu mal-parti tal-ġid riċevut bħala wirt. Ninsew li dak il-ġid jiġi mogħti minn Alla bħala dmir, bħala talent evanġeliku. Waqt li naħdmu bih irridu nimmultiplikaw il-wirt tagħna, u, b’dan il-mod, nirrendu glorja lil dak li mingħandu rċivejnieh. Sfortunatament kultant, inġibu ruħna bħallikieku dak il-ġid tar-ruħ u tal-ġisem, il-ħiliet, il-fakultajiet, il-forzi, huma propjetà esklussiva tagħna, li bihom nistgħu ninqdew u nabbużaw bi kwalunkwè mod, waqt li naħluhom u  naħarquhom.

Id-dnub, infatti, huwa dejjem ħela tal-umanità tagħna, huwa l-ħela tal-valuri l-iktar preżzjużi tagħna. Tali hija r-realtà vera, ukoll jekk tistà tidher, kultant, li d-dnub jippermettilna li niksbu xi suċċessi. It-tbigħid mill-Missier dejjem iġib miegħu qerda kbira f’min iwettqu, f’min jikser ir-rieda tiegħu, u jaħli fih innifsu l-wirt tiegħu: id-dinjità ta’ persuntu umana, il-wirt tal-grazzja.

It-tieni waqt tal-parabbola tagħna huwa dak tar-ritorn tar-raġuni retta u tal-proċess tal-konverżjoni. Il-bniedem għandu b’mod doloruż irid isib dak li kien tilef, dak li kien ċaħħad lilu nnifsu billi għamel id-dnub, billi jgħix fid-dnub, sabiex jimmatura fih dak il-pass deċiżiv: “Inqum u nmur għand missieri” (Lq 15,18). Irid mill-ġdid jara wiċċ dak il-missier, li kien tah dahru u li miegħu kien qattà l-karti biex ikun jistà jidneb “b’mod liberu”, biex ikun jistà jtajjar “b’mod liberu” il-ġid riċevut. Irid jiltaqà ma wiċċ il-Missier  billi rrejalizza, bħaż-żagħżugħ tal-parabbola, li kien tilef id-dinjità ta’ iben, li ma jistħoqqlu ebda lqugħ fid-dar paterna. Fl-istess ħin, huwa jrid jixtieq b’mod ferventi li jerġà lura. Iċ-ċertezza tat-tieba u tal-imħabba li jappartienu lill-essenza tal-paternità ta’ Alla, għandha tikseb fih ir-rebħa fuq l-għarfien tal-ħtija u tal-indinjità propja. Anzi, tali ċertezza għandha tidher bħala l-uniku ħruġ, li għandu jieħu b’kuraġġ u b’fiduċja.

Fl-aħħarnett it-tielet waqt: ir-ritorn. Ir-ritorn jiżvolġi ruħu kif jitkellem Kristu fil-parabbola. Il-Missier jistenna u jinsa kull deni mwettaq mill iben, u ma jqisx iktar it-tberbiq kollu li tiegħu l-iben huwa ħati. Għall-Missier tibqà ħaġa waħda biss importanti: li l-iben reġà nstab; li ma tilifx għal kollox il-propja umanità; li minkejja kollox, huwa jġorr fih l-għan riżolut li jgħix mill-ġdid bħala iben, propju bis-saħħa tal-għarfien miksub tal-indinjità u tal-ħtija.

“Missier dnibt… miniex iktar denn li nissejjaħ ibnek” (Lq 15,21).

  1. Ir-Randan huwa ż-żmien ta’ stennija partikolarment amoruża ta’ Missierna fil-konfront ta’ kull wieħed u waħda minna, li, ukoll jekk l-iktar ħali tal-ulied, jirrendi ruħu ħati tat-tberbiq imwettaq, isejjaħ b’ismu lil dnubu, u fl-aħħar jaqbad triqtu b’sinċerità sħiħa lejn Alla.

Tali bniedem għandu jasal f’dar il-Missier. Il-mixja li tieħdu tġħaddi mill-eżami tal-kuxjenza, l-indiema u l-intenzjon ta’ miljorament. Bħal fil-parabbola tal-iben il-ħali, huma dawn l-istadji fl-istess ħin loġiċi u psikoloġiċi tal-konverżjoni. Meta l-bnedem ikun għeleb fih innifsu, fl-intimu tiegħu uman, dawn l-istadji kollha, jitnissel fih il-bżonn tal-qrar. Tali bżonn forsi jissielet fil-qalb tar-ruħ mal-mistħija, imma meta l-konverżjoni tkun vera u awtentika dan jirbaħ lill-mistħija: il-bżonn tal-qrar, tal-ħelsien mid-dnubiet ikun iktar qawwi. Inqerruhom lil Alla stess, għalkemm fil-konfessjonarju jismagħhom il-bniedem-saċerdot. Dan il-bniedem huwa l-qaddej umli u fidil ta’ dak il-kbir misteru li twettaq bejn l-iben u l-Missier

F’dan il-perijodu tar-Randan jistennew il-konfessjonarji; jistennew il-konfessuri; jistenna l-Missier. Nistgħu ngħidu li dan huwa perijodu ta’ ansjetà partikolari ta’ Alla biex jaħfer u jżomm id-dnubiet: iż-żmien tar-rikonċiljazzjoni.

  1. Ir-rikonċiljazzjoni tagħna ma’ Alla, ir-ritorn lejn dar il-Missier, jitwettaq permezz ta’ Kristu. Il-passjoni u l-mewt tiegħu fuq is-salib isibu posthom bejn kull kuxjenza umana, kull dnub uman, u l-imħabba nfinita tal-Missier. Tali mħabba, lesta biex terfà u taħfer, mhi xejn iktar għajr ħniena. Kull wieħed u waħda minna fil-konverżjoni personali, fl-indiema, fil-proponiment ta’ riformazzjoni, fl-aħħarnett fil-qrar, naċċettaw li nwettqu xogħol personali spiritwali, li huwa titwil u riflessjoni mbiegħda ta’ dak ix-xogħol feddej li kien ħa fuqu ir-Redentur tagħna. Dan huwa kif jesprimi ruħu l-Appostlu dwar ir-rikoċiljazzjoni ma’ Alla: “Dak li ma kienx jaf x’inhu dnub, Alla għamlu dnub għalina sabiex aħna nsiru fih ġustizzja ta’ Alla” (2Kor 5,21). Mela dan l-isforz tagħna ta’ konverżjoni u ta’ penitenza nidħlu għalih, miegħu u fih. Jekk ma nidħlux għalih, m’aħniex denji tal-isem ta’ Kristu, m’aħniex denji tal-wirt tar-redenzjoni.

“Meta wieħed jingħaqad ma’ Kristu, isir ħolqien ġdid, il-qadim għadda u daħal il-ġdid. Kollox ġej minn Alla li ħabbibna miegħu nnifsu permezz ta’ Kristu li tana l-ministeru ta’ din il-ħbiberija tal-bnedmin ma’ Alla” (2Kor 5,17-18).

  1. Nawgura mela lill-parroċċa tagħkom, li tonora lilha nfisha bl-isem tal-martri kbir Injazju ta’ Antijokja, maħbub ferventi tal-passjoni ta’ Kristu, li ssir f’dan ir-Randan post privileġġjat ta’ dak is-servizz tar-rikonċiljazzjoni tal-bnedmin ma’ Alla, li jiġi ċċelebrat fi Kristu fis-sagrament tal-penitenza.

Jalla qatt ma tonqsu lil xiħadd minna, għeżież ħuti, il-paċenzja u l-kuraġġ li nagħmlu tmiem għal dnubietna, billi nqerruhom fis-sagrament tal-penitenza. Jalla ma tonqosna qatt l-imħabba għal Kristu li għalina ta lilu nnifsu permezz tal-passjoni u l-mewt fuq is-salib. Tali mħabba tqanqal fi qlubkom l-istess fiduċja profonda li tqanqlet fil-qalb tal-iben tal-parabbola tallum: “Inqum u nmur għand missieri u ngħidlu: Missier, jiena dnibt!”.

 

Miġjub mit-Taljan għall-Maltin minn Emanuel Zarb.

Published by

Joe Farrugia

Blog tas-Segretarjat għal-Lajċi.