Kumment minn Daniel Borg
Illum il-Vanġelu (Ġw 10:1-10) jpoġġi quddiemna lir-Ragħaj it-Tajjeb li jgħaddi mill-bieb u lill-ħalliel, li jaqbeż ġewwa l-maqjel minn naħa oħra. U l-Papa fir-Regina Caeli jagħmel riflessjoni tassew sabiħa fuq qalbna u min jista’ jisraqilna s-serenita’ tagħha.
Il-ħallelin jistgħu jkunu dawk li minkejja l-apparenza joħonqu l-liberta’ tagħna u ma jirrispettawx id-dinjita’ tagħna. Il-ħallelin huma wkoll dawk il-preġudizzji li ma jħalluniex inkunu sereni fuq l-oħrajn u fuq ħajjitna. Il-ħallelin huma dawk l-idejat żbaljati li jġagħluna nagħmlu għażliet ħżiena,u stili ta’ ħajja superfiċjali li jħallulna biss il-vojt. U l-Papa jirreferi wkoll għal dawk il-‘ħallelin’ li jisirqu r-riżorsi tad-dinja, li jiġġieldu gwerer kiefra u li jħeġġu l-ħażen f’kull forma tiegħu. Dawn qed jisirqulna l-possibilta’ ta’ futur ta’ paċi u serenita’. Ir-Ragħaj it-Tajjeb Ġesu’ ma huwiex dak li jisraq, imma dak li jkattar dak kollu li hu tajjeb u li jħalli biss fina paċi u serenita’.
Tista’ tara wkoll dan il-ħsieb fuq din il-ħolqa ta’ facebook: https://www.facebook.com/daniel.borg.75/posts/pfbid0UyCYW6qiGtZEjB1zoxGJ4LwwzThW7GGTjzbuypD55hLqrx4pyVzWqMUYks9YwLp8l