Nhar Santa Marija l-Papa Franġisku bagħat ittra fejn feraħ lid-dipartiment ġdid tal-Vatikan li ġie mwaqqaf biex jistudja u janalizza il-fenomena kriminali u mafjuża.
Huma magħrufin fl-Italja l-Camorra f’Napli, l-‘Ndrangheta fil-Calabria u l-Mafia fi Sqallija. It-‘task force’ li twaqqfet fiha saċerdoti, uffiċjali tal-pulizija u esperti kontra l-użura. Fl-ittra tiegħu l-Papa semma kif id-devozzjoni lejn il-Madonna trid tiġi protetta minn dawk li huma b’saħħithom fil-pajjiż u tkun fuq kriterji ta’ ġustizzja, libertà, onestà u solidarjetà. Dan b’referenza għall-influwenza li kriminali organizzati għandhom fuq festi u postijiet iddedikati lill-Madonna hekk li purċissjonijiet fl-Italja t’isfel spiss ibiddlu r-rotta biex isellmu lill-kapijiet tal-Mafia li jkunu taħt arrest fi djarhom.
Rapport għal-Laikos minn Joe Galea