Bniedem li ħadem fost l-immigranti


Joseph John Calleja

Bħala wieħed li twelidt u għext il-Birgu sa kemm dħalt patri, kelli x-xorti li nsir naf lill-ħabib tiegħi Joseph John Calleja. F’dan l-artiklu sejjer nikteb xi ħaġa dwaru għax inħoss li tassew jixraqlu.

Kemm jien u kemm ħuti t-tewmin, konna nafu lil Joseph kemm mill-Mużew, kif ukoll mill-iskola Sekondarja Mount Carmel College; illum Saint Elias College. Joseph John Calleja twieled fir- residenza tal- ġenituri tiegħu fil- Birgu nhar is- 26 ta’ Ġunju 1963. Hu iben Karmenu Calleja mill- parroċċa ta’ San Pawl Nawragu tal- Belt u ommu Lina mwielda Gellel. Karmenu hu wild Joseph u Karmena Callejja. Ommu Lina hi bint Peppi u Rosina Gellel. Joseph, kif konna nafuh tgħammed ftit ġranet wara t- twelid jiġġifieri fid- 29 ta’ Ġunju ġewwa l- knisja Parokjali ta’ San Lawrenz fil- Birgu minn zijuh Patri Ġiljan Callejja Karmelitan u tawh l-isem Joseph John, Carmel, Paul u Lawrence. Il- parrinijiet tiegħu kienu n – nanniet Peppi u Rosina Gellel. Wara l- magħmudija ġie ppreżentat lill – Madonna fis- Santwarju tal- Belt; barra min hekk ġie ppreżentat lill- Madonna ta’ Caraffa fil- Konkatidral ta’ San Ġwann il-Belt. Il- ġenituri tiegħu semmewh Joseph kemm għall- missier misseru u missier ommu. Filwaqt li t- tieni isem John ingħatalu għall- Papa San Ġwanni XXIII.

Il-kwadru tal-Madonna ta’ Caraffa – Konkatidrall ta’ San Ġwann

Bħalha tifel Joseph kien imur l- iskola tas- sorijjiet, u l- iskola Primarja tal –Gvern ġewwa l- Birgu. Meta temm l-iskola primarja huwa mar ikompli l-iskola sekondarja fil- kulleġġ Mount Carmel College ġewwa Santa Venera. Dak iż- żmien ir- rettur ta’ din l- iskola kien Patri Renato Valente O.Carm. Joseph kien imur tajjeb f’din l-iskola u kull sena kien jirbaħ il- premijiet f’diversi suġġetti. Kien abbati fil- parroċċa ta’ San Lawrenz u kien jattendi ukoll fil- qasam tal- Mużew tal- Birgu. Għamel l-ewwel tqarbina u l- Griżma tal- Isqof ġewwa l- Birgu. Meta kellu 17 il- sena beda jaħdem f’Dar l-Emmigrant flok wieħed li kien miet. Min dak iż- żmien baqa jaħdem fil- qasam tal- emigranti u dejjem mexa l- quddiem fit- teknoloġija speċjalment fil – qasam tal- ivjaġġar. Huwa kiseb diversi diplomi fil- qasam tal- komputer u f’dik tal- agenzija tal- ivjaġġar f’Dar l-Emmigrant.

Nhar it- 13 ta’ Ġunju 1987 huwa żewweġ lill- Josette mwielda Mifsud Bonnici bint l – Imħallef Emeritu Joseph u martu Marija fil- parroċċa ta’ San Pawl fir- Rabat. Hu kellu erba’ wlied Ġuljo Ġużeppi li illum huwa Inġinier, Mikela Maria li hija Nurse, Daniel li ggradwa fil- qasam tal – Management u Gabriella li taħdem fl- ispiżerija.

Hu ħadem qatigħ għall- familja iżda kull – ġimgha qat ma’ falla biex iżur il- ġenituri tiegħu. Kien imur kull nhar ta’ Ħadd il- Quddiesa tat- tmienja fil- Konkatidral ta’ San Ġwann u kien ukoll msieħeb fil- Kunsill Pastorali Parrokjali tal – Parroċċa ta’ Santu Wistin tal – Belt. F’għeluq il- 25 sena taż- żwieġ tiegħu u f’għeluq tal- ħamsin anniversarju taż-żwieġ tal- ġenituri tiegħi marru flimkien Lourdes pelligrinaġġ fejn magħhom kellhom preżenti l-Arċisqof Ġużeppi Mercieca. Joseph kellu ukoll karattru ferriehi dejjem jidħak u jiċċajta. Fis- 7 ta’ Marzu 2020 Joseph beda jħossu mhux f’sikktu u għalhekk ttieħed l-isptar fejn sarrulu bosta testijiet sakemm fid- 19 ta’ Lulju 2020 mar jiltaqa mal- Mulej. Il- funeral tiegħu sar fil- parroċċa tal – Birgu fejn mexxa l- konċelebrazzjoni l-kuġin tal- mara E.T. Mons Joseph Galea Curmi, Isqof Awżiljarju u Vigarju Ġenerali. Miegħu kkonċelebraw ukoll diversi saċerdoti. Nagħti l- kondoljanzi tiegħi lill- Martu Josette u lit- tfal tiegħu kollha, lil ġenituri tiegħu Karmenu u Lina u l- omm il- mara Marija, kif ukoll lill – għadd ta’ zijiet, kuġini, neputijiet, qraba u ħbieb.

“Mulej agħtih il-mistrieħ ta’ dejjem”

Minn Patri Hermann Duncan O.Carm