Iċ-Ċentru tal-Vokazzjonijiet tas-Seminarju jiċċelebra l-għeluq tas-sena pastorali tiegħu



Is-Sibt, 19 ta’ Settembru 2020: Iċ-Ċentru tal-Vokazzjonijiet tas-Seminarju jiċċelebra l-għeluq tas-sena pastorali tiegħu fiċ-Ċentru tal-Vokazzjonijiet tas-Seminarju, Tal-Virtù, Rabat.

F’għeluq is-sena pastorali taċ-Ċentru Vokazzjonijiet tas-Seminarju, is-seminaristi organizzaw attivitajiet differenti għall-adolexxenti u ż-żgħażagħ, li saru fis-Seminarju tal-Arċisqof, tal-Virtù.

L-attivitajiet intemmu b’laqgħa ta’ diskussjoni mal-Arċisqof Charles Scicluna li matulha ż-żgħażagħ iddiskutew temi attwali li jolqtuhom fil-ħajja ta’ kuljum, fosthom il-fidi llum, il-valur tal-ħajja u kif nagħrfu s-sejħa ta’ Alla.

Wara din id-diskussjoni l-Arċisqof iċċelebra quddiesa fil-ġonna tas-Seminarju li fiha ħadu sehem il-ġenituri taż-żgħażagħ u l-adolexxenti. Fl-omelija tiegħu l-Arċisqof ħeġġeġ lil dawk preżenti biex jixbhu lil Alla fil-ħniena u l-imħabba tiegħu lejn kulħadd.

Dawk iż-żgħażagħ u l-adolexxenti li jixtiequ jibdew jieħdu sehem f’dawn l-attivitajiet huma mħeġġa jsegwu l-paġni soċjali tas-Seminary Vocations Centre u l-websajt seminaryvocationscentre.mt.

Agħfas hawn għall-omelija tal-Arċisqof Charles Scicluna.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.