Insara persegwitati fl-Indja

Print Friendly, PDF & Email

Fl-Indja: Diversi djar Kristjani jiġu attakati. Il-puluzija ma tagħmel xejn.

“Mort għand il-Pulizija u tlabthom bil-ħniena biex imorru u jwaqqfuhom, imma huma ma marrux.” Hekk stqarr wieħed mill-vittmi li sfaw fil-mira ta’ attakk minn gruppi estremi Induwisti u gruppi tribali waqt festival tal-Induwisti.

Sivram Koyam, resident f’Kakadbeda ġewwa distrett ta’ Kondagaon qal, li hu u diversi Kristjani oħra marru l-għassa tal-Pulizija biex javżawhom li jistgħu jkunu fil-mira ta’ gruppi estremisti, wara li dawn kienu rċievew telefonati mingħand qraba tagħhom li djar tagħhom kienu ġew attakati. “Mit-tlieta ta’ wara nofs-in-nhar sat-tmienja ta’ bil-lejl, krabbna lil Pulizija biex jiġu u jieħdu azzjoni. Imma dawn ma għamlu xejn”. Koyam qal: “li grupp feroċi marru f’daru jfittxuh. Meta ma sabuhx qabdu lil martu u sabtuha tlett darbiet mal-art”.

Djar tal-Insara attakkati fl-Indja waqt li l-pulizija t]are u ma tagħmel xejn

Biex jipproteġu lilhom infushom, Koyam u disa’ Nsara oħra, kellhom isibu kenn fid-djar ta’ Nsara oħra, mili l-bogħod minn darhom. Waqt li kienu qed jaħarbu biex isalvaw ġildhom, wieħed minna spiċċa maqbud minnhom, sawtuh u ma nafux x’sar minnu.  

Dar ta’ talb nisranija attakkata

Għal aktar tagħrif idħol fuq s-sit:

https://christianpersecution.com/india/india-mobs-of-thousands-attack-christian-homes-police-stand-by-and-do-nothing/

%d