Il-Papa Franġisku jirritorna f’Assisi

Print Friendly, PDF & Email

Quddiesa u l-iffirmar ta’ Enċiklika ġdida, Fratelli tutti.

Illum fit-3pm, il-Papa ser iqaddes f’Assisi u wara jiffirma l-Enċiklika ġdida tiegħu, Fratelli tutti, li kif jidher mill-istess titolu tagħha, żgur ser tkun titratta dwar il-fraternità bejn il-bnedmin.

F’Mejju ta’ ħames snin ilu, il-Papa kien diġà ffirma enċiklika oħra fl-istess post, Laudati Si’ dwar il-ħarsien tad-dar konuni tagħna. L-isem tagħha kien ispirat mill-Kantiku tal-Ħlejjaq ta’ San Franġisk. Jidher li f’din l-enċiklika ġdida ser ikun hemm dan ix-xebħ.

Tista’ ssegwi il-quddiesa live minn hawn …

Fil-jiem li ġejjin, minn dan is-sit (www.laikos.org) ser inkomplu nżommuk aġġornat dwar dan id-dokument importanti tal-Papa Franġisku.

%d