“Araw li tqassim tal-vaċċin tal-Covid-19 ikun imqassam ġust. Ibdew minn tal-aħħar.”
Dan kien l-appell tal-Papa Franġisku fil-messaġġ li għamel lill-parteċipanti li kienu qed jieħdu sehem fis-seżżjoni plenarja dwar l-emerġenza tas-saħħa pubblika, li ġie organizzat mill-Akkademja Pontifiċja dwar ix-Xjenza.
“Il-virus miss il-ħajja tan-nies, laqat l-għeruq soċjali, ekonomiċi u spiritwali tas-soċjetà. Ipparalizza ir-relazzjoni tal-bnedmin, ix-xogħol, l-industrija, l-kummerċ u ħafna attivitajiet spiritwali”. Il-Papa Franġisku stqarr ukoll, li l-Covid-19 ħalla “mpatt enormi fuq l-edukazzjoni”.
Il-Qdusija tiegħu qal li f’diversi postijiet fid-dinja, ħafna tfal mhux ser ikollhom iċ-ċans li jerġgħu jirritornaw fuq il-bankijiet tal-iskola bil-periklu “li jiżdied iċ-‘child labour’, il-vjolenza, l-abbużi u l-moħqrija”.
Lil mexxejja tal-pajjiżi fid-dinja, l-Papa Franġsiku appellalhom biex “is-servizzi tas-saħħa jkunu iktar inklussivi, u milħuqa l-iktar mid-dgħajfa tas-soċjetà, u minn dawk li jgħixu f’pajjiżi fejn hemm paga baxxa”. Il-vaċċin għandu jingħata lil kulħadd.
Għal aktar tagħrif idħol fuq s-sit: