Kapitlu sħiħ tal-Enċiklika fuq il-kriżi tal-immigrazzjoni.

Print Friendly, PDF & Email

Fratelli tutti: Il-Papa jolqot b’mod qawwi lil minn qed juża kliem dispreċjativ u diviżiv fil-konfront tal-immigranti”

Fl-aħħar enċiklika tiegħu, l-Papa Franġisku ndirizza direttament lil dawk li fis-soċjetà tagħna qed jużaw diskorsi diviżivi u dispreċattivi fil-konfront tal-immigranti. Fi ‘Fratelli Tutti’, il-Papa ddedika kapitlu sħiħ fuq il-kriżi tal-immigrazzjoni.

“Ċertu partiti politiċi populisti, kif ukoll ċertu ekonomiċi liberali, jsostnu li l-influss ta’ immigranti jrid jieqaf akkost ta’ kollox”, jikteb il-Papa “L-immigranti m’humiex jitqiesu bħal oħrajn li jistgħu jipparteċipaw fil-ħajja tas-soċjetà, u jinsew li dawn għandhom l-istess drittijiet fundamentali bħal kull persuna oħra…. Ħadd ma jinnega fil-pubbliku li mhumiex bnedmin, imma fil-prattika, bid-deċiżjonijiet u bil-mod kif dawn qed jiġu trattati, nkunu qed inqisuhom inqas importanti, nqas denji, nqas umani”.

Dan id-dokument, inzerta ħareġ fl-istess jum li s-Segretarju tal-Intern tar-Renju Unit, il-persuna li fil-portafol tiegħu taqa l-immigrazzjoni wiegħed li ma dawk li qed ifittxu l-agħżil ħa jkun“sod imma ġust”.

Sarah Teather, id-direttur tal-Jesuite Refugee Service tar-Renju Unit qalet li l-kliem tal-Papa hu “importantissimu fil-klima politika tal-llum, b’mod speċjali fir-Renju Unit”.

“Dawk li jfittxu li jiddominaw u li jżommu kollox taħt il-kontrol tagħhom, qed inisslu fil-poplu qtiegħ il-qalb u desprament, bl-iskuza li qed jiddefendu ċertu valuri. Aħna mma jeħtieġ li nkomplu nuru l-verità, b’mod speċjali fl-isfera pubblika, fejn il-verità ħafna drabi tkun moħbija jew mgħawġa”.  

Teather kompliet tgħid li fiż-żmien tal-Pandemija tal-Covid-19, il-Gvern Ingliż ġie taħt pressjoni minn diversi avukati tad-drittijiet ċivili, minħabba trattament li kien qed jagħti lil dawk li kienu qed ifittxu l-ażil. Meta faqqet il-pandemija, għalkemm il-pajjiż kien f’lockdown, gruppi kbar li kienu qed iffittxu l-ażil ittieħdu mijiet ta’ mili l-bogħod minn fejn kienu. Dan l-aħħar, il-Gvern ħabbar li ħa jibda bil-proċess ta’ deportazzjoni ta dawk li ma għandhomx id-dritt tal-ażil, anke jekk filfatt minħabba l-pandemija għamlitha kważi mpossibli għalihom biex ifittxu konsulta legali adekwata għalihom biex jippreżentaw il-każ tagħhom.

Hi kompliet iżżid “Il-Papa Franġisku jfakkarna kif aħna rridu nittrattaw lil proxxmu tagħna – nklużi lil ħutna refuġjati – b’dik l-imħabba fraterna”.

Sarah Teather stqarret li “diviżjoni u l-ostilità jridu jinbidlu bid-djalogu, li hu essenzjali biex l-umanita’ tiffjorixxi

Il-Papa Franġisku jħeġġeġ għal ‘kultura li niltaqgħu’ li l-ferħ jinsab li tkun mal-oħrajn u li tipprova tibni l-inklusività u li nifhmu lil xulxin.

Sarah Teather tkelmet fuq is-sitwazzjoni fl-Ingilterra, imma jien li qed naqra, jgħodd għalija…. għal pajjiżna?

Għal aktar tagħrif idħol fuq s-sit:

https://cruxnow.com/church-in-uk-and-ireland/2020/10/popes-new-encyclical-targets-divisive-and-unpleasant-rhetoric-on-migration/

%d