Dun Frans Camilleri

Print Friendly, PDF & Email

Il-Poeta li kellu mħabba kbira lejn il-Madonna u l-Qaddisin

Meta kont żgħir, jiena kont immur l- Iskola Primarja ta’ Triq Vincenzo Bugeja l- Hamrun billi l-papa tiegħi kien għalliem f’dik l-Iskola. Minħabba f’hekk sirt naf lill- Dun Frans Camilleri għaliex mhux l-ewwel darba li ltqajt miegħu. Kien saċerdot twajjeb u dejjem prova jgħin lill- oħrajn. Ħsibt biex din id-darba nikteb xi ħaġa dwaru għax- jixraqlu.

Dun Frans twieled il- Marsa fid- 29 ta’ Jannar 1919 minn Ġanni u Ġużeppa mwielda Barbara. Huwa kellu ħuħ li kien saċerdot u Kanonku ta’ Birkirkara. Tajjeb li ngħidu li Dun Frans studja fl- Iskola Primarja tal- Marsa mbagħad għadda għas- Saint Paul’s School. Iktar tard beda jmur is-Seminarju tal- Furjana, u wara għamel 4 snin jistudja it-Tejoloġija fl- Universita ta’ Malta mill- 1939 sal – 1943. Huwa ġie ordnat saċerdot fis – sena li spiċċa mill- Universita. Hu kien jqaddes kuljum fil-Knisja ta’ Santu Nuzzu, il-Ħamrun, li tagħha kien Rettur għal ħafna snin tant li baqa jqaddes hemm sa’ l-aħħar.

Kien għalliem tal- Malti fill- Kulleġġ ta’ San Alwiġi bejn il- 1944 u l- 1970 u fis- Seminarju mill- 1944 sal- 1964. Għen fil- ħidma tal- Għaqda ta’ Qari tajjeb. Kien Assistent Eklesjastiku tas-St Thomas Moore Circle u kien Direttur Spiritwali ta’ bosta għaqdiet u membru fl-Azzjoni Kattolika mill- 1943 sal- 1958. Kien l-ewwel Editur tar- Rivista il- Ħuġġieġa mill- 1945 sal – 1946 u ta’ Lill- Ħutna fil- 1950. Din kienet Rivista tal – Kummissjoni Emigranti. Kiteb fuq 500 innu għal- parroċċi, skejjel u għaqdiet reliġjużi. L-innijiet tiegħu kienu ispirati mill-ħajja Maltija kemm reliġjuża, soċjali u edukattiva, imqanqlin mill-imħabba u l-qima li Dun Frans kellu lejn il-Madonna u l-qaddisin.

Insibuh ukoll membru fil- Kunsill tal- Għaqda kittieba tal- Malti mill – 1944 sal- 1975.

Dun Frans kellu għal qalbu ukoll il-fotografija u kien magħruf għar-ritratti li jaqbdu l-ambjent lokali u l-pajsaġġ Malti. Ħafna mir- ritratti tiegħu dehru f’kartolini u kalendarji Maltin. L-iktar li jibqa’ magħruf għalija huwa r-ritratt tal-Poeta Nazzjonali, b’mod partikulari r-ritratt ta’ Dun Karm mal-kanarin.

Insibu ukoll li huwa għamel filmat, dokumentarju bit-titlu Dun Karm – Il-Bniedem wara l-Poeta.

Xogħlijiet tiegħu

Dun Frans Camilleri huwa wieħed mill-ftit poeti saċerdoti tal-ġenerazzjoni ta’ wara Dun Karm. Il-poeżiji tiegħu huma marbutin mad-dawl, kuluri u ħsibijiet pożittivi. Ħafna versi li kiteb ġew mmużikati minn għadd ta’ kompożituri Maltin.

Fost id-diversi publikazzjonijiet li kellu, nsibu, Moħba tal- Qalb (1945) u Innijiet (1948). Bħalha poeżiji kiteb Fil- Ġnejna tat-Tfulija (1949) u L- Għanja ta’ Ħajti (1964) li kienet meqjusa bħalha l-aqwa ġabra ta’ poeżiji tiegħu. F’din il-ġabra ta’ poeżiji insibu għażla sabiha tal-muża li fiha Dun Frans wera l-burdati tiegħu li varjaw minn żmien għal ieħor. Niltaqgħu wkoll ma’ ġiri ta’ fantasija marbuta ma’ postijiet u ħlejjaq tal-ħolqien. Barra hekk insibu rbit ta’ tifkiriet tal- istorja u valuri soċjali u filosofiċi. Kiteb ukoll essejs bħal Lejn id-Dawl u Pronostku bħal L-Ilsien Malti u l- Maltin (1958), Ġabra ta’ Qwiel (1971), Il- Fotografija bħalha Arti (1972) u L-Kummissjoni Emigranti u Turisti.

Dun Frans ħassu jistħi li l- Malti kien mwarrab mill- qrati u mill- iskejjel dana għall- fatt li kellna kultura baxxa. Fil- kitba tiegħu L-Ilsien Malti u l- Maltin Dun Frans kiteb dwar il- kwistjoni tal- Ilsien Malti fejn qal li dinil- kwistjoni hi marbuta mall- Istorja, għax dawn il- Gżejjer kienu taħt il- Ħakma tal- barrani u huma kienu jafu li l-Iżvilupp irawwem qawmien nazzjonali u sens kbir ta’ Patrijottiżmu. Il- Malti qatt ma’ kien meqjus bħalha ilsien uffiċjali, la mill- Gvern u lanqas mill- knisja. Għaddew mijiet ta’ snin sabiex kellna l-ewwel Isqof ta’ Malta. L-Ilsien uffiċjali tal- knisja kien il- Latin iżda l- Malti kien jintuża biss fix-xogħol pastorali. Il- Poplu bgħata għax- kien maħnuq mill- barrani u ma kienx jgħix ħajja Maltija. Peress li ma kienx jaf jaqra baqa injurant. L-ilsien tagħna ftaqar u tilef bosta kliem u idjomi sbieh u minħabba f’hekk ftit kittieba naqsa li jikkonponu xi innijiet letterarji. Il- kitba Maltija għandna ngħożżuha u mhux nistqarru li għandna lsien fqir. Il- ħajja Maltija u l-ilsien Malti fl- Imgħoddi sab il- għarqa. Huwa tassew miraklu kif ilsienna ma’ nqeridx ma’ tgħaffiġx wara snin twal ta’ kolonjaliżmu. Milli jidher il- poplu Malti kien għadu mhux mrawwem biex jgħix ħajja tassew Maltija. Sibna li kellna saħansitra Maltin li fixxklu u naqqsu li ndunaw bill- ħsarat li għamlu. Għalhekk il- Poplu għandu jitħarreġ fil- qari tajjeb. F’idejn il- bniedem naraw kif il- bniedem fassal opri kbar tal-arti, u l-iskultur jinqeda bl- Iskarpell biex inaqqax l-Irħam. L-idejn għalhekk għandhom sehem kbir biex joħorġu noti ħelwin, u f’kull tip ta’ xogħol. Huwa meħtieġ biex ngħaġġnu l- ħobż wara l- ħsad tal- qamh u fis- sewqan ta’ kull mezz ta’ trasport.

L-idejn tal- Omm Ħanina li tmellsilna xagħrna u żżiegħel bina meta konna trabi. Meta ma’ nifilhux noqogħdu fuq saqajna fix-xjuħija, huma l-idejn meħtieġa biex nitwieżnu bil- bastun. Iżda b’xorti ħażina l – idejn jistgħu jwettqu atti kefrin ta’ serq, qtil u moħqrija.

L-idejn mħarrġa tat- tabib li jfejquna u jtaffu l- uġigħ u li għalhekk ifakkruna li l-idejn setgħana tas- saċerdot jgħammduna u jneħħu id-dnubiet fis –sagrament tal- qrar.

Dun Frans għadda għall- ħajja ta’ dejjem nhar il- 5 ta’ Diċembru 1990.

Minn Patri Hermann Duncan O.Carm

%d