Salvatore Grima twieled iż- Żejtun minn Karmenu Grima u Agostina Spiteri nhar il- 11 ta’ Diċembru 1909. Huwa kellu seba’ ħutu fosthom: Anġlu li kellu negozju tal- bini, flimkien ma’ Karmenu u Ġużeppi li ssieħbu miegħu u li fil–1948 bnew id-dar tal-Kleru ġewwa Birkirkara.
Salvatore kien jattendi l-iskola Primarja taż- Żejtun. Meta kien Abbati, kien jgħin lill- Dun Konsolat Spiteri kull filgħodu għall- quddiesa tal – 5:30. Għamel l-ewwel tqarbina tiegħu fl-10 ta’ Ġunju 1917 u bħalha tħejjija għalija kien imur d-duttrina fil- Juventutis Domus, imbagħad beda jmur l- MUSEUM ta’ Ħal Tarxien għax ma’ kienx hemm qasam fiż-Żejtun. Għall-iskola Sekondarja Salvatore kien imur l- iskola Ingliża, ta’ St Paul il- Belt bejn il-1924 u 1928, u għamel il- matrikola u għadda l- eżami tat- Tarzna billi sar apprentist fil- H.M. Naval Base, iżda ma kienx magħmul għal dak ix- xogħol. Kien iħoss is-sejħa għall-ħajja saċerdotali.
Salvatore iddeċieda li jidħol bħalha seminarista bl –appoġġ tax – xewqa ta’ ħutu. San Ġorġ Preca ma’ fixklux fil- vokazzjoni tiegħu għalkhemm kien ħassarlu l- ħajra għas- saċerdozju fil- bidu biex jippruvah. Patri Ġorġ Scerri tal – Franġiskani minuri, għallmu l- Latin u t- Taljan. F’dan iż- żmien mietet ommu Agostina fejn Salvatore fejn sofra ħafna t- telfa tagħha.
Billi l- iskola li kien imur ma kinitx tagħti wisq importanza lill- lingwi, għalhekk weħel fil- Latin u t- Taljan li kienu meħtieġa biex tidħol is- Seminarju.
Ħutu ħeġġuh biex imur jistudja f’Ruma. L-Arċisqof kellem lill- Salvatore li kellu lill- Patri Ġorġ Scerri jassistih, u xtaq ukoll li l- Prefett tal – Istudji fis- seminarju jgħamillu eżami fil- Latin biex imur jistudja f’Ruma fill- Kulleġġ Skoċċiż sa biex wara jkun jista jidħol fl- Universita Gregorjana għall- Filosofija u t- Tejoloġija. Hawn huwa ħass paċi u ferħ kbir f’qalbu meta wieġeb għas- sejħa ta’ Alla. L-Arċisqof Caruana kiteb lill- Mons William Clapperton, ir- Rettur tal- Kulleġġ Skoċċiż biex jaċċettaħ lill- Salvatore, għax dan kien ġej minn familja Nisranija tajba. Fl- aħħar Salvatore ġie aċċettat u fl- 10 ta’ Novembru 1928 huwa telaq lejn Ruma bil- vapur Lubiana. Ir- Rettur Clapperton faħħru għar – riżultati tajbin fl- ewwel sena u għall- imġieba tajba li kellu. Fis- sena 1930, qabditu anzjeta kbira meta ma’ ħax id- Dottorat fil- Filosofija, qabel ma’ temm il – kors kollu. Fis- sena 1931 beda l- kors tat- Teoloġija. Waqt li kien qiegħed Ruma, kiseb ispirazzjoni u devozzjoni kbira lejn l- Ewkaristija mill- knisja ta’ San Claudio. Ġie ordnat saċerdot fit – 23 ta’ Diċembru 1933.
Tajjeb li ngħidu li Dun Salvatore kien bniedem Spiritwali ħafna, u bosta qaddejja tal- familja, jistqarru li kien jinġabar ta’ spiss ġo daru għat talb. Fost ix- xogħol pastorali tiegħu, mexxa l- fergħa tax- xebbiet tal- Azzjoni Kattolika għal- ewwel 3 xhur tas- sena 1936. Fis- sena 1937 għamel it- Tridu ta’ Santa Katarina. Huwa kien juri l- ħniena dejjem ma’ min ħareġ mit- triq u kien iħobb iħeġġeġ lis- seminaristi biex iżuru lis- saċerdoti morda u anzjani.
Billi Dun Salvatore kien jaf sew bl- Ingliz, fis- sena 1937 il- gvernatur Bonham Porter bgħatu University College u Kings College biex jitħarreġ fil- loġika u fil- Filosofija bl- Ingliz għall – lezzjonijiet tal- istudenti li kellhom jistudjaw l- Ingliz.
Bejn is- sena 1950 u l- 1964 Dun Salv kellu żewġ proġetti f’rasu li kienu il- Qaddejja taċ – Ċenaklu u d- Dar tal- Kleru. Kellu l- ħsieb li jgħaqqad dar għall- irtiri, dar għas- saċerdoti morda u anzjani u istitut sekulari ta’ sorijiet lajċi. Huwa kien ħeġġeġ lill- ħuħ Anġlu biex minflok jibni kappella f’ġieħ Santa Rita li kien devot lejha, jibni dar għall- Kleru u l- irtiri. Dun Salvatore xtaq li jikseb il- permessi tal- Arċidijoċesi ta’ Malta. L – Avukat Ġużeppi Pace kellu ċens temporanju ta’ biċċa art fit- triq Fleur de Lys u ċedieha lill-Arċidjoċesi ta’ Malta. L- aħwa Grima fl- aħħar qatgħuha li jibnu dar biex tilqa lis- saċerdoti morda. Din id- dar ġiet inawgurata fit- 8 ta’ Mejju 1964.
Billi Dun Salvatore kien konfessur ta’ bosta nies, kien jħeġġeġ lix- xebbiet biex jikkonsagraw ruħhom b’vot privat għall – bżonnijiet tas- saċerdoti billi jkunu ta’ servizz għalihom fil- mard u waqt ix- xjuħija, bl- iskop ta’ sagrifiċju. Fit- 30 ta’ Novembru tas- sena 1958, laqqagħhom fil- knisja tal- Ispitru Santu ż- Żejtun. Din il- għaqda ħadet l- isem ta’ Qaddejja taċ- Ċenaklu li jiġbor lis- saċerdoti taħt it- tmexxija ta’ Kristu. Wissihom li jeħtieġu tħejjijja tajba u sens kbir ta’ sagrifiċju biex ikunu jistgħu jwettqu l- missjoni li kienu deħlin għaliha.
Hemm ħafna iktar xi tgħid, iżda mhux possibli li nsemmu kollox.
Ngħidu biss li Mons Salvatore Grima għadda għall-ħajja ta’ dejjem fis- 27 ta’ Jannar 1990 fl- eta ta’ 80 sena. Il- funeral sarlu fil- Parroċċa taż- Żejtun u ġie midfun fid – dar tal- Kleru.
Talba:
O Ġesu Saċerdot Etern hu ħsieb is- saċerdoti kollha tagħna biex ikunu qaddissin u għamel li l-Qaddejja taċ–Ċenaklu jiżdiedu dejjem iżjed fin-numru.
Minn Patri Hermann Duncan O.Carm