Is-Sirja mhux pajjiż fejn in-nies jistgħu jintbagħtu lura: sitwazzjoni t’hemm hi katastrofika.
“Bħalissa mhuwiex aċċettabbli li nibgħatu nies lura s-Sirja mill-Ġermanja. Is-Sitwazzjoni fil-pajjiż hija katastrofika, u l-periklu jkun kbir għar-ritorn ta’ dawk li huma mwarrba”. Il-President tal-Karitas tal-Ġermanja, Peter Neher, qal dan f’Berlin waqt li ntervjena fid-dibattitu li għaddej fil-Gvern Federali dwar jekk persuni f’riskju, u dawk li qed ifittxu l-ażil u persuni potenzjalment perikolużi jistgħux jiġu ripatrijati ndiskriminament lejn is-Sirja minħabba suspett ta’ kollużjoni ma’ Grupp Islamiċi estremisti.
Il-Ministru Federali għall-Intern Horst Seehofer jittama li, sa mill-Konferenza tal-Ministri tal-Intern tal-ġimgħa dieħla, jittieħdu azzjonijiet biex titneħħa l-projbizzjoni attwali fuq id-deportazzjonijiet. Fl-appell tiegħu, Mons. Neher enfasizza li s-sitwazzjoni attwali fis-Sirja għandha tkun l-uniku kriterju ta’ ġudizzju: s-sitwazzjoni fuq il-post u r-riskji relatati għal dawk il-persuni li b’ordni ta’ deportazzjoni ser issibu ma wiċċhom malli jirritornaw lura s-Sirja.
‘Caritas Germany’ taf “permezz tal-esperjenza diretta tal-organizzazzjoni umanitarja tagħha, li mhux biss atti ta’ gwerra hemm fil-pajjiż, iżda wkoll attakki u vjolenza kontra nies ċivili li hija parti mill-ħajja ta’ kuljum f’ħafna reġjuni tal-pajjiż”. Naħat oposti jkomplu joqtlu lil dawk li jaħsbuha differenti minnhom. Barra minn hekk, skont il-Caritas Sirja, “n-nuqqas ta’ ikel u l-faqar qed jiżdied b’mod esponenzjali”. ‘Il fuq minn 9 miljun familja ma jistgħux jiksbu biżżejjed ikel u l-esperti qed ibassru li f’din ix-xitwa ser ikun hemm ġuħ sever.
Għal aktar tagħrif idħol fuq s-sit: https://www.agensir.it/quotidiano/2020/12/4/germania-mons-neher-caritas-siria-non-e-un-paese-in-cui-rimandare-persone-situazione-interna-e-catastrofica/