Il-Kunsill Pontifiċju għall-Promozzjoni tal-Għaqda tal-Insara u l-Federazzjoni Dinjija Luterana reċentement ħabbru l-pubblikazzjoni tat-traduzzjoni aġġornata bit-Taljan tad-dokument ekumeniku storiku msejjaħ id-Dikjarazzjoni Konġunta dwar id-Duttrina tal-Ġustifikazzjoni.
Post fuq il-websajt tal-Kunsill jinnota li bit-tnedija tad-dokument aġġornat fit-3 ta’ Jannar, il-jum li fih il-Kattoliċi u l-Luterani jfakkru l-500 anniversarju mill-iskomunikazzjoni ta’ Martin Luther, kemm il-Federazzjoni Dinjija Luterana kif ukoll il-Kunsill Pontifiċju għall-Promozzjoni tal-Unità Nisranija jenfasizzaw l-impenn tagħhom li jimxu flimkien fil-vjaġġ komuni tagħhom minn kunflitt għal komunjoni.
Għal aktar tagħrif idħol fuq s-sit: https://www.vaticannews.va/en/vatican-city/news/2021-01/catholics-and-lutherans-reaffirm-commitment-to-communion.html