Din is-sena mhux ser issiru Magħmudijiet fil-Kappella Sistina.

Print Friendly, PDF & Email

L-Uffiċċju Stampa tas-Santa Sede ħabbar, li minħabba l-pandemija tal-Covid-19, il-Ħadd 10 ta’ Jannar, il-Papa Franġisku mhux se jżomm il-Magħmudija tradizzjonali fil-famuża Kappella Sistina tal-Vatikan. Minflok, il-magħmudijiet ser isiru fil-parroċċi rispettivi tagħhom.

It-tradizzjoni tal-magħmudija tat-tfal fil-Kappella Sistina, nbdiet mill-Qaddis Papa Ġwanni Pawlu II. Il-website tal-Vatikan tgħid li fil-11 ta’ Jannar 1981, fil-festa tal-Magħmudija tal-Mulej, il-Papa Pollakk amministra l-Magħmudija lid-9 trabi fil-Kappella Pawlina tal-Vatikan, li hija separat mill-Kappella Sistina. Is-sena l-oħra, l-Papa Franġisku għammed 32 tarbija (17-il tifel u 15-il tifla), kollha wlied impjegati tal-Vatikan.

Fil-kalendarju liturġiku tal-Knisja, l-festa tal-Magħmudija ta’ Ġesù timmarka l-konklużjoni taż-żmien il-Milied, li jibda bil-Quddiesa ta’ Lejliet il-Milied.

Għal aktar tagħrif idħol fuq s-sit: https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2021-01/pope-francis-baptism-babies-sistine-cancelled-covid19-2021.html

Author: Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.

%d bloggers like this: