Etikament kulħadd irrid jieħu l-vaċċin

Print Friendly, PDF & Email

Il-Papa Franġisku jgħid li wieħed għandu jieħu l-vaċċin kontra l-Covid-19.

“Nemmen li etikament kulħadd irrid jieħu l-vaċċin: hija għażla etika, għax int qiegħed tpoġġi f’riskju l-saħħtek, l-ħajtek, imma wkoll għal ħajjet ħaddieħor”. Hekk qal il-Papa f’intervista esklussiva li għamel ma’ TG5, li xxandret ilbieraħ, il-Ħadd 10 ta’ Jannar, fit-8.40pm fuq Canale 5.“Il-ġimgħa d-dieħla”, żied jgħid, “ser jibda jingħata l-vaċċin hawn, fil-Vatikan, u jien ibbukjajt. U ser neħodha”.

Il-Papa Franġisku jgħid li l-iżvilupp t’avvenimenti fuq Capitol Hill f’Washington DC fis-6 ta’ Jannar “ġiet bħala sorpriża għalih”. Madankollu, huwa nnota, li l-ebda soċjetà ma tista’ tikkunsidra lilha nnifisha ħielsa minn elementi sovversivi. Il-vjolenza dejjem “għandha tkun ikkundannata, rrispettivament minn dawk li jwettquha”, sostna l-Papa.

“M’hemm l-ebda soċjetà li tista’ tiftaħar li qatt ma kellha xi darba waħda każ ta’ vjolenza”, Għalhekk, il-Papa kompla jgħid, li hu mportanti “li wieħed jifhem, sabiex ma tirrepetix (il-vjolenza) u jitgħallem mill-istorja”. Fi kwalunkwe każ, ikkonkluda l-Papa Franġisku, “li wieħed jifhem huwa fundamentali, għaliex huwa l-uniku mod li bih jinstab rimedju”.

Għal aktar tagħrif idħol fuq s-sit: https://www.agensir.it/quotidiano/2021/1/9/papa-francesco-vaccino-si-deve-fare-e-opzione-etica-io-lo-faro-la-settimana-prossima/

Author: Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.

%d bloggers like this: