Pjan biex dawk fil-bżonn tingħatalhom l-għajnuna

Isqof Vjetnamiż: pjan t’azzjoni biex n-nies fil-bżonn tingħatalhom l-għajnuna.

Ispirat mill-messaġġ tal-Papa Franġisku għall-Jum Dinji tal-Paċi, Isqof Vjetnamiż qed iħeġġeġ lill-Kattoliċi biex matul is-Sena Lunari Ġdida, jiġi stabbilixit pjan t’azzjoni biex jaqdu nies fil-bżonn. L-Isqof Stephanus Tri Buu Thien ta’ Chan Thoa, talab lill-parruċċani biex joffru talb u għajnuna umanitarja lil dawk fil-faqar.

Skond UCA News, l-Isqof qal li ħafna Kattoliċi lokali qed jitħabtu finanzjarjament minħabba l-pandemija. Huwa ħeġġeġ lill-parruċċani, anke lil dawk li ġew affettwati minn Covid-19, biex jimitaw lis-Samaritan it-Tajjeb u jipprovdu għajnuna lill-ġirien tagħhom li jinsabu fil-faqar.

Huwa talab lis-saċerdoti u r-reliġjużi lokali biex jistabbilixxu programmi edukattivi biex jgħinu lin-nies lajċi jimplimentaw ‘kultura ta’ kura’ fil-ħajja tagħhom ta’ kuljum. Programmi bħal dawn, jistgħu jgħallmu lill-individwi biex finanzjarjament jiġu stabbli w jerfgħu r-responsabbiltà għall-benesseri tal-familji tagħhom. Huwa talab lis-saċerdoti biex jiddokumentaw u jirrappurtawlu r-riżultat tal-isforzi tagħhom wara l-festival tas-Sena Lunari l-Ġdida, li ser issir mill-10 sa 16 ta’ Frar. Dan hu festival ta’ tmint ijiem vaganzi maġġuri għal bosta pajjiżi Asjatiċi. 

L-Isqof Thien ħeġġeġ ukoll lill-Kattoliċi lajċi biex inaqqsu kemm jistgħu mill-infiq matul il-festi ta’ din is-sena sabiex jgħinu u jaqdu lil dawk li tant jeħtieġu. Huwa qal li minflokk ma jipparteċipaw f’parties stravaganti, l-parruċċani jistgħu jikkunsidraw li jagħtu l-flus li kienu ser imorru għaċ-ċelebrazzjonijiet bħal dawn għal kawża tal-karità.

Uħud mill-membri tad-djoċesi diġà bdew jimplimentaw inizjattivi simili. Fit-3 ta’ Jannar, il-parroċċi fil-provinċji ta’ Hau Giang u Ca Mua fetħu ħwienet għall-familji foqra biex ikollhom aċċess għal ikel, ħwejjeġ u ħtiġijiet bażiċi oħra. Hemmhekk, il-benefiċjarji ġew offruti wkoll ikla b’xejn u qtugħ tax-xagħar.

L-Papa Franġisku, fl-indirizz tiegħu għall-Jum Dinji tal-Paċi, qal li dawn it-tipi ta’ xogħlijiet ta’ karità se jkabbru l-kultura tal-ħajja u jippromwovu l-paċi u r-rieda tajba. Huwa ħeġġeġ lil kulħadd biex juża dawn l-opri tal-ħniena bħala kumpass. “Dan jippermettilna nistmaw il-valur u d-dinjità ta’ kull persuna, li naġixxu flimkien f’solidarjetà għall-ġid komuni, u li nġibu s-serħan lil dawk li qed ibatu mill-faqar, mill-mard, mill-iskjavitù, mill-kunflitti armati w diskriminazzjoni”.

Għal aktar tagħrif idħol fuq s-sit: https://www.catholicnewsagency.com/news/vietnamese-bishop-plan-for-charity-this-lunar-new-year

Published by

Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.