Telefonata mill-Papa li għenet tfal ta’ koppja ‘gay’ jieħdu sehem fil-katekiżmu
Grazzi għall-interess personali tal-Papa Franġisku, tlett itfal ta’ koppja ‘gay’ issa huma sehem mill-fidi Kattolika u qed jaqdu fil-Knisja bħala abbatini. Xi ħames snin ilu, Andrea Rubera u r-raġel tiegħu Dario xtaqu li t-tifel il-kbir tagħhom, ta’ 3 snin, ikun ma tfal oħra fil-programm tal-katekiżmu imma beżgħu li ma jkunx milqugħ tajjeb.
Ġara li meta f’April tal-2015 Andrea ġie mistieden għall-Quddiesa li l-Papa jiċċelebra kuljum f’Dar Santa Marta, ġab miegħu ittra biex jagħtiha lill-Papa. Fiha kien hemm id-dilemma tiegħu. Ftit jiem wara, Andrea rċieva telefonata mill-Papa li qallu: “Mur għand il-Kappillan u tkellem miegħhu. Jiena kunfidenti li kollox se jmur sew.”
Andrea jgħid li din kienet xi ħaġa li għenitu tassew biex joħroġ mill-‘cul-de-sac” tiegħu. It-tfal sejrin tajjeb fil-grupp tal-katekiżmu u Rubera kiteb lill-Papa dwar il-progress tagħhom.
Rapport għal-Laikos minn Joe Galea