Kopja identika ta’ ‘Iż-Żwieġ tal-Verġni’ jinsab fejn Raffaello riedha li tkun
Is-sena 2020 kienet timmarka l-500 anniversarju mill-mewt ta’ Raffaello. Bħala tribut, saret repplika ta’ biċċa xogħol famuża tiegħu bl-isem ‘Lo Sposalizion’ magħruf ukoll bħala ‘Iż-Żwieġ tal-Verġni Marija’.
Din tqiegħdet fl-istess post fejn Raffaello riedha li tkun esebita. Fl-1798 il-belt kellha tagħti din il-biċċa xogħol artistika lil ġeneral ta’ Napuljun. Dan imbagħad biegħha u għaddiet f’idejn diversi propjetarji qabel ma waslet fil-Pinacoteca de Brera f’Milan fejn tinsab illum.
Rapport għal-Laikos minn Fr Geoffrey G. Attard