200 qassis mietu bil-Covid-19 fl-Italia fis-sena li għaddiet filwaqt li f’ġimgħa 9 Isqfijiet minn madwar id-dinja tilfu ħajjithom bil-virus.
Il-kleru fl-Italja ntlaqat b’mod speċjali mill-pandemija dinjija, hekk kif rapporti qed jaslu li minn kważi 80,000 imwiet relatati mal-COVID fl-Italja, aktar minn 200 minnhom kienu saċerdoti Kattoliċi.
Skont artiklu mill-Aġenzija tal-Aħbarijiet Kattoliċi, 200 qassis mietu bil-COVID-19 fl-2020. Din ir-rata ma naqsitx fl-2021, għax 4 saċerdoti oħra ċedew għall-marda f’Jannar. Ir-rapport jinnota li mill-bidu tal-pandemija, s-saċerdoti Taljani mietu b’rata ta’ wieħed f’kull ġurnata u nofs.
Ir-rapport ikompli jinnota li l-maġġoranza tagħhom kienu t’eta bejn 70 u 80 sena. L-iżgħar qassis li miet fl-Italja kien Fr. Alfredo Nicolardi ta’ 58 sena mid-Djoċesi ta’ Como.
F’Ġunju, Rome Reports innota li l-kleru Taljan kien it-tieni l-iktar grupp affettwat ħdejn il-ħaddiema tal-kura tas-saħħa.
Il-komunitajiet tas-sorijiet tal-Italja wkoll kienu milquta ħazin hekk kif ic-CNA tinnota li kien hemm każijiet fejn kunventi sħaħ ġew infettati. Huma kkwotaw każ wieħed, fejn 104 soru minn 114 ġo kunvent instabu li kienu esposti għal COVID-19 lejn l-aħħar ta’ Diċembru.
Rapport ieħor juri kif fil-ġimgħa li għaddiet, disa’ isqfijiet Kattoliċi mietu mad-dinja kollha wara li ttestjaw pożittivi għal COVID-19.
Bejn it-8 ta’ Jannar u l-15 ta’ Jannar, l-isqfijiet fit-tliet kontinenti mietu b’riżultat tal-coronavirus. L-eta’ tal-isqfijiet ivarjaw minn 53 sena sa 91. Ħamsa mill-isqfijiet mietu fl-Ewropa, fejn varjant ġdid tal-COVID-19 wassal lil bosta pajjiżi biex jimplimentaw aktar restrizzjonijiet. Erba’ minn dawn l-isqfijiet mietu fl-istess jum, fit-13 ta’ Jannar.
Għal aktar tagħrif idħol fuq s-sit: https://www.catholicnewsagency.com/news/nine-catholic-bishops-with-covid-19-die-in-a-single-week-36233