Il-Papa jitlob għall-vittmi ta’ żewġ traġedji fl-Indoneżja.


Il-Papa Franġisku esprima l-kondoljanzi tiegħu għall-vittmi ta’ terremot li laqat il-provinċja ta’ Sulawesi fl-Indoneżja f’telegramma li bagħat nhar il-Ġimgħa fejn wera s-“solidarjetà ma’ dawk kollha milquta minn dan id-diżastru naturali”. Kif ukoll wera l-qrubija tiegħu għall-vittmi li ntilfu mal-ajruplan li ġġarraf fl-Indoneżja l-ġimgħa li għaddiet.

Il-Ħadd 17 ta’ Jannar 2021, wara t-talba tal-Angelus, il-Papa reġa’ dawwar il-ħsibijiet tiegħu lejn il-poplu tal-gżira ta’ Sulawesi. “Nitlob għal dawk li tilfu ħajjitom, għall-midruba u għal dawk kollha li tilfu l-impjieg tagħhom”. Huwa talab “il-Mulej jkun jista’ jikkonsolhom u jikkonsola lil dawk kollha li qed jippruvaw iġibulhom l-għajnuna”. It-terremot ta’ kobor 6.2 laqat il-Provinċja ta’ Sulawesi tal-Punent fl-Indoneżja fil-15 ta’ Jannar. L-Aġenzija Indoneżjana għall-Immaniġġjar tad-Diżastri (BNPB) irrappurtat mill-inqas 46 persuna maqtula u 826 persuna midruba, għalkemm in-numru ta’ vittmi għadu mhux ċar minħabba li għad hemm persuni li għadhom rrappurtati nieqsa.

Il-Qdusija tiegħu dawwar il-ħsibijiet tiegħu wkoll fuq il-vittmi li kienu fuq l-ajruplan li ġġarraf l-ġimgħa l-oħra fl-Indoneżja. L-ajruplan tat-tip Boeing 737-500 bi 62 persuna abbord iġġarraf fil-Baħar Java nhar is-Sibt 9 ta’ Jannar, ftit minuti wara li telaq mill-ajruport ewlieni ta’ Jakarta.

Għal aktar tagħrif idħol fuq s-sit: https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2021-01/pope-francis-prays-victims-earthquake-indonesia.html

Published by

Joe Farrugia

Blog tas-Segretarjat għal-Lajċi.