Il-Papa dwar Martin Luther King.

Messaġġ tal-Papa waqt Servizz Kommemorattiv ta’ Dr. Martin Luther King.

Waqt Servizz Kommemorattiv li jonora l-ħajja u l-kisbiet ta’ Dr Martin Luther King Jr, il-Papa Franġisku bagħat messaġġ, lill-parteċipanti fiċ-ċerimonja li fiha fakkar fl-attiviżmu paċifiku ta’ Dr. King għall-armonija u l-ugwaljanza għan-nies kollha.

Fil-messaġġ tiegħu, l-Papa bagħat “tislima kordjali u x-xewqat tajba” lil dawk kollha li qed jieħdu sehem fl-avveniment.

“Fid-dinja tal-lum, li dejjem qed tiffaċċja l-isfidi t’inġustizzja soċjali, diviżjoni u kunflitt li jfixklu t-twettiq tal-ġid komuni, l-ħolma ta’ Dr. King t’armonija w ugwaljanza għan-nies kollha, miksuba permezz ta’ mezzi mhux vjolenti u paċifiċi, tibqa’ dejjem f’waqtha,” huwa jikteb.

Il-Papa jikkwota mill-enċiklika tiegħu, ‘Fratelli tutti’, u jgħid “Kull wieħed minna huwa msejjaħ biex ikun artiġjan tal-paċi, billi jgħaqqad u mhux jifred, billi jitfi l-mibegħda u mhux jibqa jżommha ġo fih, billi jiftaħ mogħdijiet ta’ djalogu. ”

“B’dan il-mod, inkunu nistgħu naraw lilna nfusna, mhux bħala “oħrajn”, imma bħala ġirien, fil-verità tad-dinjità komuni tagħna bħala wlied Alla li jista’ kollox. Huwa biss billi nistinkaw kuljum biex inpoġġu din il-viżjoni fil-prattika li nistgħu naħdmu flimkien biex noħolqu komunità mibnija fuq il-ġustizzja u l-imħabba fraternal.”

Il-Papa Franġisku jikkonkluda billi nvoka l-barkiet divini ta’ għerf u paċi fuq dawk kollha preżenti fis-Servizz Kommemorattiv.

Għal aktar tagħrif idħol fuq s-sit: https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2021-01/pope-message-martin-luther-king-commemoration-peace-equality.html

Published by

Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.