Il-Papa Franġisku jifraħ lit-tim tal-futbol Spezia għar-rebħa li kisbu

Print Friendly, PDF & Email

Spezia Calcio huwa klabb tal-futbol professjonali bbażat f’La Spezia, il-Ligurja fl-Italja. Il-klabb qed jilgħab fis-Serie A għall-ewwel darba fl-istorja tiegħu, wara li ġie promoss għall-ogħla livell wara l-play-offs fl-istaġun 2019-20.

Meta sellem lit-tim fil-Vatikan nhar l-Erbgħa filgħodu, l-Papa Franġisku offra l-awguri tiegħu għar-rebħa kbira tagħhom nhar it-Tlieta. “Fl-Arġentina niżfnu t-tango, u t-tango huwa mużika fuq ritmu ta’ żewġ kwarti(2 ghal 4). Intom 4 bi 2 illum [b’referenza għar-rebħa tal-lejl ta’ qabel], tajjeb ħafna. Prosit u kuraġġ.”

Il-Papa rringrazzja wkoll lill-plejers tal-futbol għaż-żjara tagħhom, għax, qal, “Jien inħobb nara l-isforz taż-żgħażagħ u tan-nisa żgħażagħ fl-isport, għax l-isport huwa meraviljuż, l-isport” joħroġ “l-aħjar li għandna ġewwa fina. Ibqu għaddejjin bix-xogħol tajjeb li qed tagħmlu, għax iġibilkom unur kbir. Grazzi tax-xhieda tagħkom. “

Għal aktar tagħrif idħol fuq s-sit: https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2021-01/pope-francis-congratulates-spezia-football-team-on-win.html

Author: Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.

%d