L-irtir annwali tar-Randan għall-Kurja Rumana huwa skedat bejn il-21 – 26 ta’ Frar 2021. Madankollu, minħabba l-pandemija Covid-19 li għaddejja bħalissa, dawk li normalment jkunu mistiedna biex jieħdu sehem ma jistgħux jinġabru flimkien fizikament.
L-Uffiċċju Stampa tas-Santa Sede qal li “Minħabba l-persistenza tal-emerġenza tas-saħħa attwali, din is-sena mhux se jkun possibbli li jkun hemm l-Eżerċizzi Spiritwali tal-Kurja Rumana komunament f’ Casa Divin Maestro, f’Ariccia.”
Għalhekk, il-Papa Franġisku, stieden lill-Kapijiet tad-Dikasteri u lis-Superjuri tal-Kurja Rumana biex “jagħmlu l-arranġamenti tagħhom personali, billi jinġabru fit-talb” matul l-ewwel ġimgħa tar-Randan.
Matul il-perjodu tal-Eżerċizzi Spiritwali, l-impenji kollha tal-Qdusija tiegħu, nkluża l-Udjenza Ġenerali tal-Erbgħa 24 ta’ Frar, huma sospiżi.
Għal aktar tagħrif idħol fuq s-sit: https://www.vaticannews.va/en/vatican-city/news/2021-01/spiritual-exercises-roman-curia-retreat-coronavirus.html