Il-festa tal-laqgħa tan-nanniet man-neputijiet
Fi tfulitu, iċ-ċkejken Jorge qatta’ ħafna ħin ma’ nanntu Roża. Kienet tieħdu d-dar magħha u kien iqatta ’l-ġurnata kollha hemm. Kienet hi li għallmitu jitlob u qaltlu dwar il-qaddisin. Illum, bħala Papa qed iniedi fil-Knisja l-Jum Dinji tan-Nanniet u l-Anzjani, kull sena fir-4 Ħadd ta’ Lulju.
Il-Papa Franġisku ħabbar dan il-Ħadd, 31 ta’ Jannar 2021 wara li temm it-talba tal-Angelus mill-Biblijoteka tal-Palazz Appostoliku.
Huwa qal …
“Pitgħada, 2 ta’ Frar, niċċelebraw il-festa tal-Preżentazzjoni ta’ Ġesù fit-Tempju, meta Xmun u Anna, it-tnejn anzjani, imdawlin mill-Ispirtu s-Santu, għarfu lil Ġesù bħala l-Messija. L-Ispirtu s-Santu għadu sal-lum iqanqal ħsibijiet u kliem għaqli fl-anzjani: leħinhom hu prezzjuż għax jgħanni t-tifħir lil Alla u jħares l-għeruq tal-popli. Huma jfakkruna li x-xjuħija hi don u li n-nanniet huma ħolqa fil-katina ta’ bejn il-ġenerazzjonijiet, biex jittrasmettu liż-żgħar l-esperjenza tal-ħajja u tal-fidi. Bosta drabi n-nanniet huma minsijin u aħna ninsew din l-għana tal-ħarsien tal-għeruq u t-trasmissjoni.
Għal dir-raġuni, iddeċidejt li nwaqqaf il-Jum Dinji tan-Nanniet u l-Anzjani, li jkun iċċelebrat mill-Knisja kollha kull sena, fir-raba’ Ħadd ta’ Lulju, qrib il-festa tal-qaddisn Ġwakkin u Anna, “in-nanniet” ta’ Ġesù.
Huwa importanti li n-nanniet jiltaqgħu man-neputijiet u li n-neputijiet jiltaqgħu man-nanniet għax – kif jgħid il-profeta Ġoel – quddiem in-neputijiet in-nanniet joħolmu, jkollhom il-viżjonijiiet (xewqat kbar), u ż-żgħar, bil-qawwa li jiksbu min-nanniet, jibqgħu mexjin, jipprofetizzaw. U propju fit-2 ta’ Frar hija l-festa tal-laqgħa tan-nanniet man-neputijiet.”