Papa Franġisku jiċċelebra l-Quddiesa għall-Jum Dinji tal-Ħajja Kkonsagrata

Print Friendly, PDF & Email

Eluf ta’ reliġjużi rġiel u nisa minn madwar id-dinja imlew il-Bażilika ta’ San Pietru għall-Ġurnata Mondjali tal-Ħajja kkonsagrata għalkemm din is-sena f’numri inqas mis-soltu minħabba l-pandemija.  Sena ilu, il-Papa kien fakkar lil dawn ir-reliġjużi fil-missjoni fundamentali tagħhom.

F’dan il-qasam, il-Papa jitkellem mill-esperjenza tiegħu nnifsu għax bħala Ġiżwita huwa membru tal-Kumpanija ta’ Ġesu’ u allura reliġjuż ukoll.  F’Settembru li għadda, hu wera l-kompassjoni tiegħu meta stieden saċerdot mil-Libanu sabiex jingħaqad miegħu f’talb għall-vittmi tal-isplużjonijiet f’Bejrut.  F’Novembru kien evidenti dan ukoll minħabba l-laqgħa tiegħu ma’ Fr.Pierluigi Maccalli, missjunarju li qatta’ sentejn bħala ostaġġ fin-Niġer.

https://www.romereports.com/en/2021/01/30/pope-francis-to-celebrate-mass-for-world-day-for-consecrated-life/

Rapport għal-Laikos minn Fr Geoffrey G. Attard.

Author: Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.

%d bloggers like this: