‘Ma nistgħux inħarsu n-naħa l-oħra’
Fil-vidjo li jippreżenta l-intenzjoni tax-xahar għal Frar, il-Papa jikundanna li ‘għad hawn nisa li qed isofru l-vjolenza: vjolenza psikoloġika, vjolenza verbali, vjolenza fiżika, vjolenza sesswali’. ‘Huwa xukkanti kif ħafna nisa għadhom jiġu msawta, insultati u stuprati’.
Ix-xhieda tal-vittmi li jaslu biex jiksru s-silenzju hija għajta għall-għajnuna li ma nistgħux ninjoraw. Jeħtieġ li nkomplu nitolbu għan-nisa li huma vittmi tal-vjolenza ħalli jkunu mħarsa mis-soċjeta’ kompla jgħid il-Papa.
Rapport għal-Laikos minn Fr Geoffrey G. Attard