Papa Franġisku ħeġġeġ lill-ogħla qorti tal-Vatikan sabiex tieħu ħsieb tissalvagwardja ‘il-ġid u t-tajjeb tal-familja’ fid-deċiżjonijiet li l-Knisja tagħmel rigward l-annullamenti fiż-żwieġ, u żied jgħid li t-tfal huma ‘vittmi innoċenti’ fis-separazzjoni tal-ġenituri tagħhom.
‘Ma għandna negħjew qatt nagħtu l-attenzjoni u l-kura tagħna lill-familja u liż-żwieġ Nisrani…Jalla l-Ispirtu s-Santu, li intom tinvokawh qabel kull deċiżjoni, idawwalkom u jgħinkom sabiex ma tinsew qatt l-effetti ta’ dawn id-deċiżjonijiet: fittxu dejjem l-ewwel il-ġid tat-tfal, il-paċi tagħhom għax huma jitilfu ħafna mill-ferħ meta jiġu wiċċ imbwiċċ is-separazzjoni’.
Dan qalu fis-Sala Klementina tal-Palazz Apostoliku. Fid-diskors annwali tiegħu lill-membri tar-Rota Rumana, il-Papa jenfasizza li l-imħallfin fil-qrati Vatikani kienu msejħa ‘sabiex jiftħu fid-direzzjoni tal-orizzonti fil-kura pastorali fejn għandhom x’jaqsmu t-tfal li huma dejjem vittmi innoċenti ta’ ħafna sitwazzjonijiet ta’ ksur ta’ żwieġ, divorzju u unjonijiet ċivili ġodda’.
Rapport g]al-Laikos minn Fr Geoffrey G.Attard