Il-Vatikan jirrevedi l-proposti tas-sinodu Ġermaniż

Print Friendly, PDF & Email

Il-Vatikan qed jirrevedi l-proposti ta’ sinodu Ġermaniż; fost l-oħrajn, is-sinodu jrid jagħti l-veto fil-qasam tal-elezzjoni tal-isqfijiet u l-kappillani u anke l-ordinazzjoni tan-nisa. 

Bħalissa għaddej il-proċess li qed jirrevedi dawn il-proposti u l-aħħar stadju jkun dak tal-approvazzjoni mill-assemblea ġenerali tal-hekk imsejħa ‘Synodal Path’ tal-Knisja Kattolika fil-Ġermanja. Proposta minnhom qed tissuġġerixxi li jkun hemm kumitati ta’ lajċi li jkunu eletti u li jkollhom is-setgħa li jwaqqgħu d-deċiżjonijiet tal-isqfijiet.  Hemm ukoll min jixtieq li l-Kattoliċi jkollhom id-dritt li jivvutaw favur l-ordinazzjoni tan-nisa għas-saċerdozju. Il-proposti qed isiru f’dokument imsejjaħ ‘Test Fundamentali’ tal-Forum tas-sinodu numru wieħed li huwa working group iffukaw fuq proposti ta’ bidliet fl-istrutturi tal-governanza tal-Knisja Kattolika. Is-sit elettroniku ‘The Pillar’ akkwista kopja ta’ dan id-dokument li rawh il-mexxejja tal-Knisja fil-Ġermanja. Sentejn ilu, il-Vatikan ċaħad proposta tal-isqfijiet Ġermaniżi sabiex jingħata t-tqarbin lid-divorzjati.

(sentejn ilu: https://www.youtube.com/watch?v=j67Ge3jMIDw)

Rapport għal-Laikos minn Fr Geoffrey G. Attard

 

Author: Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.

%d