Lezzjoni II: San Martin I

Print Friendly, PDF & Email

13 ta’ April: SAN MARTIN I, PAPA U MARTRI

Tifkira

San Martin twieled f’Todi, fl-Umbrja, sar kjeriku tal-Knisja ta’ Ruma, u fis-sena 649 ħatruh Papa. Fl-istess sena laqqa’ l-Konċilju Lateran li kkundanna l-ereżija tal-Monoteliti, li kienu jiċħdu d-duttrina kattolika dwar ir-rieda ta’ Kristu. Fis-sena 653 l-imperatur Kustanz II arrestah u eżiljah f’Kostantinopli, fejn bata ħafna; imbagħad bagħtu fit-Traċja, fejn miet fis-sena 655.

LEZZJONI II

Qari mill-Ittri taLPapa San Martin L-Ewwel

(Epist. 17)

Il-Mulej hu qrib tiegħi; għalfejn nitħasseb?

Bl-ittri tiegħi dejjem xtaqt inkun ta’ faraġ għalikom u ntaffilkom ftit l-inkwiet tagħkom għalija; dan ngħidu għal ħuti kollha u għal dawk in-nies tajba li, għall-ġieħ tal-Mulej, huma ħsiebhom fija. Qiegħed niktbilkom fuq dak kollu li qiegħed jinkwetani bħalissa: f ’isem il-Mulej Ġesu, Alla tagħna, naħlef li qiegħed ngħid is-sewwa.

Ninsab mhux biss maqtugħ minn dak kollu li qiegħed jiġri fid-dinja, u mifni minn dnubieti, imma wkoll ninsab nieqes mill-ħtiġiet kollha tal-ħajja. Dawk kollha li jgħammru hawn huma pagani, u dawk li ġew jgħammru hawn saru bħalhom għax ħadu d-drawwiet tagħhom: huma neqsin għalkollox minn dik l-imħabba Ji l-istess natura tal-bniedem iġġiegħel saħansitra s-slavaġ biex juru mogħdrija ‘l xulxin.

Stagħġibt, u għadni sa llum nistagħġeb, kemm huma neqsin mill-mogħdrija u t-tjieba dawk kollha, ħbieb u qraba, li darba kellhom x’jaqsmu miegħi: tant insewni

f’dan it-tiġrib tiegħi, li la jridu jafu kif jien u lanqas jimpurtahom għadnix ħaj jew le.

 B’liema kuxjenza se nidhru quddiem it-tron tal-Mulej, meta jiġi bħala Mħallef tagħna, u l-bnedmin kollha, ilkoll magħġunin mill-istess trab tal-art, jibdew jixlu ’l xulxin u jiddefendu lilhom infushom? X’biża’ ġie fuq in-nies li ma ħallihomx jagħmlu r-rieda ta’ Alla? X’biża’ seta’ kien, meta ma kienx hemm għalfejn wieħed jibża’? Jew kienu l-ispirti ħżiena li, meta wassluni hekk ’il bogħod minn kulħadd, ġiegħlu ’l kulħadd jinsieni? Jew kont jien li bl-imġiba tiegħi ġegħelthom iqisuni bħala għadu tal-Knisja kollħa, u għadu tagħhom ukoll?

Imma jiena nitlob ’l Alla, li jrid li l-bnedmin kollha jsalvaw u jaslu biex jagħrfu s-sewwa, biex, bl-interċessjoni ta’ San Pietru, iwettaqhom fii-fidi vera, iqawwihom

kontra kull tagħlim qarrieqi u kontra kull għadu tal-Knisja tagħna, u jżommhom sħaħ, u 1-aktar lir-ragħaj li issa qiegħed immexxihom, biex ma jiċħdux, ma jwarrbux minnhom, ma jħallu qatt sa l-inqas tikka l-fidi li stqarrew bil-kitba tagħhom quddiem Alla u l-anġli tiegħu, biex, flimkien miegħi, fiċ-ċokon tiegħi, huma wkoll jiksbu l-kuruna tal-ġustizzja għall-fidi vera minn idejn Sidna u s-Salvatur tagħna, Ġesu Kristu.

Inħalli l-Mulej jieħu ħsieb dan il-ġisem fqir tiegħi kif jidhirlu hu, kemm jekk se jkompli t-tiġrib tiegħi, kemm jekk se jkolli xi serħan minnu. Il-Mulej hu qrib tiegħi:

għalfejn nitħasseb? Nafda biss fil-ħniena tiegħu, biex ma jdumx ma jtemm il-mixja tiegħi fuq l-art, meta jrid hu.

Sellu, f’ġieħ il-Mulej, għal dawk kollha li huma magħkom u għal dawk kollha li għall-imħabba ta’ Alla wrewni mogħdrija meta kont il-ħabs. Alla lgħoli jħariskom ilkoll taħt l-id setgħana tiegħu minn kull tiġrib u jwassalkom salvi fis-saltna tiegħu.

RESPONSORJU                                                                    2 Tim,4:7-8a; Fil 3:8b, 10

1. Tqabadt it-taqbida t-tajba, temmejt il-ġirja, ħarist il-fidi; * Mill-bqija hemm merfugħa għalija l-kuruna tal-ġustizzja. mien il-Għid hallelujaħ).

2. Jiena ngħodd kollox bħala telf, biex nagħraf lil Kristu u naqsam miegħu t-tbatijiet tiegħu, u nsir nixbhu fil-mewt. * Mill-bqija hemm merfugħa għalija l-kuruna tal-ġustizzja (Żmien il-Għid ħallelujah).

Fit-Tifħir ta’ sbiħ il-jum

Fir-Randan għat-tifkira

Ant.tal-Kant. ta Żakkarija Min jobgħod lil ħajtu f’din id-dinja jżommha sħiħa għall-ħajja ta’ dejjem.

Talba

O Alla li tista’ kollox, int tajt għajnuna lill-Papa San Martin biex ma jibżax mit-tehdid u ma jintrebaħx mill-moħqrija fil-martirju tiegħu; agħti lilna wkoll qalb qawwija biex nilqgħu bis-sabar it-tiġrib kollu tad-dinja. B’Ibnek.

Fl-Għasar

Fir-Randan għat-tifkira

Ant. talkant. ta Marija. Il-qaddisin jgħammru fis-saltna tas-smewwiet; hemm jistrieħu għal dejjem.

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading