Ħadd ħlief statwa m’għandu jkun fuq pedestal Elizabeth Taylor
Dak li tifel ma jirċevix ma jkunx jista’ jagħti aktar ‘il quddiem P. D. James
Jekk ma tistax tirbaħ, almenu ġiegħel lil ta’ quddiemek jikser ir-rekord Jan Mckeithen
It-tqasqis fuq il-proxxmu mhux bil-fors ikun gidba biex ikun ħażin: hemm ħafna verita’ li aħjar ma tinkixifx Frank Clark
Bit-talent biss ma tasalx: Alla jagħti t-talent, imma x-xogħol jittrasforma t-talent f’ġenju Anna Pavlova
Il-kontroll tiegħek innifsek hu tassew poter; kuxjenza safja hi l-veru qawwa; il-familja u ħbieb ġenwini huma tassew rikkezzi Marco Pierre White (lukandier)
Tliet gidbiet tad-divorzju modern: (a) tort tal-pressa tax-xogħol; (b) se nibqgħu ħbieb; (ċ) m’hemm ħadd iktar involut Julie Burchill (kittieba)
Nixorbu biex innaqqsu l-problemi; minn flok, narawhom jimmultiplikaw Richard Blummer
Tbissima bil-qalb hija l-lingwa universali tat-tjubija William Arthur Ward
Meta tmur lura f’raħal twelidek wara ħafna snin, issib li ma tkunx immissjajt id-dar fejn kont toqgħod imma tfulitek Sam Ewing
M’hemm xejn isbaħ minn dinja fejn kulħadd jipprova jdaħħaq lill-oħrajn Matthew Perry (darkhorizons.com)
Li tgħid nofs verita’ hu aktar perikoluż milli tigdeb Minette Marin
Missieri kien jgħid li fid-dinja hawn żewġ xorta ta’ nies: dawk li jieħdu u dawk li jagħtu. Dawk li jieħdu aktarx jieklu tajjeb, imma dawk li jagħtu żgur li jorqdu aħjar Marlo Thomas (attriċi)
Aktar ma tikkontrolla t-tempra, aktar tikber fl-għerf Friedrich Nietzsche
Ħaġa waħda hi żgur biex tilħaq stilla tal-films: ma sseħx f’teptipa Anne Bancroft
Nixtieq mhux biss li nkun maħbub imma li wkoll jgħiduli li jħobbuni George Eliot
Ma tantx titfissed malajr jekk ħwejġek ikollok tgħaddihom int Meryl Streep
Fama hija kelma b’erba’ ittri; u bħal kull kelma oħra qasira (flus, bews, ferħ, niket, eċċ) li jimporta fl-aħħar mill-aħħar hu x’tagħmel biha Fred Rogers (attur)
Min jixtieq jgħix fuq muntanja irid jirrejalizza li l-veru ferħ jinsab fil-mod kif se jitlagħha Gabriel Garcia Marquez
Meta tieħu sehem f’kummidja fuq il-palk tkun qed tirrereċta l-ottimiżmu Robin Williams
M’hawn xejn isbaħ fid-dinja mid-daħk li jittieħed Jennifer Aniston
Miġbura minn Edward Tagliaferro