Appostlu Mqaddes Pawlu
Għax Alla ħenn għalina,
F’Nawfraġju lilek bagħat
Biex int tikkonvertina.
Kif bi tbatija kbira
Sirt l-ewwel Missier tagħna,
Bil-ġmiel tar-ruħ żejjintna
U ieqaf dejjem magħna.
Missierna, Sliema u Glorja
Wara tempesta kiefra
Fejn kont sofrejt il-għarqa,
Ġejt int bid-Dawl tal-Fidi
Urejt li konna mqarrqa.
Deh! Dan id-dawl Imqaddes
Ħaj dejjem żommu fina
U bit-talb qawwi tiegħek
Tħallix lil min jaħmina.
Missierna, Sliema u Glorja
Kif ulied Alla għamiltna
Sifirt minn din il-Gżira;
Bqajt iżda dejjem tħobbna
B’imħabba li ġġib għira.
Lilek għalhekk nitolbu
Biex qatt ma trid tinsiena,
Kull hemm żommu bogħod minna
Sibilna dejjem ħniena. Amen.
Missierna, Sliema u Glorja
(B’digriet ta/-20 ta Jannar 1886, l-Eċċ.ma Rev.ma Isqof Mons. D. Francesco Saverio Caruana jagħti lndulġenza Parzjali lil kull min jitlob din il-Kurunella.)