Il-Papa Franġisku se jordna disa’ saċerdoti

Print Friendly, PDF & Email

Il-Papa Franġisku, li hu l-Isqof ta’ Ruma, nhar il-Ħadd 25 t’April, li fiha tiġi ċelebrata l-liturġija tal-Ħadd tar-Ragħaj it-Tajjeb, se jordna disa’ saċerdoti ġodda. L-ordinazzjoni ser issir fil-Bażilika ta’ San Pietru.

Fi stqarrija maħruġa nhar it-Tnejn mill-Uffiċċju tal-Istampa tal-Vikarjat ta’ Ruma, qal li bħalissa bi tħejjija għall-ordinazzjoni tagħhom, id-djakni qed jagħmlu irtir spiritwali f’monasteru. Dawn id-disa’ kollha studjaw f’diversi seminarji djoċesani. Sitta minnhom ġew iffurmati fis-Seminarju Maġġuri Pontifiċju ta’ Ruma, tnejn studjaw fil-Kulleġġ djoċesan ‘Redemptoris Mater’, filwaqt li ieħor ġie mħarreġ fis-Seminarju tal-Madonna tal-Imħabba Divina.

Dawn id-djakni li studjaw kollha Ruma, huma sitta Taljani, wieħed mir-Rumanija, ieħor Kolumbjan, u l-aħħar wieħed mill-Brażil.

Għal aktar tagħrif idħol fuq s-sit: https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2021-04/pope-francis-ordination-nine-rome-diocese.html

%d bloggers like this: