Għajnuna għan-nies tal-Mjanmar u għal qalb miftuħa għar-refuġjati

Print Friendly, PDF & Email

Il-Papa jappella għall-għajnuna għan-nies tal-Mjanmar u għal qalb miftuħa għar-refuġjati

Fil-konklużjoni tal-Angelus tal-Ħadd, il-Papa Franġisku ngħaqqad mal-isqfijiet tal-Mjanmar, li nedew appell biex jiġbdu l-attenzjoni għall-qagħda ddisprata fil-pajjiż.

L-isqfijiet qed jitolbu għall-għajnuna sabiex il-kurituri umanitarji, iżda wkoll knejjes, pagoda (bini reliġjuż fl-Indja u fl-Lbant Imbiegħed), monasteri, moskej, u tempji kif ukoll skejjel u sptarijiet ikunu rispettati bħala postijiet newtrali ta’ kenn. Il-Papa qal, “Jalla l-Qalb ta’ Kristu tmiss il-qlub ta’ kulħadd, u ġġib il-paċi fil-Mjanmar!”

Huwa fakkar ukoll fil-Jum Dinji tar-Refuġjati tan-Nazzjonijiet Uniti, li kellha t-tema tagħha, “Flimkien nitfejqu, nitgħallmu u niddu”.

Il-Papa talab li aħna “niftħu qalbna għar-refuġjati” u ningħaqdu fid-dwejjaq u l-ferħ tagħhom, u “nitgħallmu mir-reżiljenza kuraġġuża tagħhom” biex insiru “komunità aktar umana, familja waħda kbira”.

Għal aktar tagħrif idħol fuq is-sit: https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2021-06/pope-appeals-for-help-to-starving-in-myanmar-and-refugees.html

Author: Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.

%d bloggers like this: