Indulġenzi Plenarji f’Jum in-Nanniet u l-Anzjani

Il-Papa ser jagħti Indulġenzi Plenarji fil-Jum Dinji tan-Nanniet u l-Anzjani

F’nota maħruġa llum, l-Penitenzjarju Appostoliku jispjega li “sabiex tiżdied id-devozzjoni tal-fidili u għas-salvazzjoni tal-erwieħ,” in-nanniet, l-anzjani u l-fidili jkunu jistgħu jiksbu Indulġenza Plenarja fl-Ewwel Jum Dinji tan-Nanniet u l-Anzjani li ser jiġi ċċelebrat fil-25 ta’ Lulju 2021.

In-nota tgħid li l-Papa ta din il-possibbiltà wara li sema’ t-talba ppreżentata mill-Kardinal Kevin Farrell, Prefett tad-Dikasterju għal-Lajċi, Familja u Ħajja, li timmarka t-twaqqif tal-Jum Dinji li se jkun osservat kull sena fir-raba’ Ħadd tax-xahar ta’ Lulju.

“Il-Penitenzerija Appostolika tagħti wkoll l-Indulġenza Plenarja f’dan l-istess jum lill-fidili li jiddedikaw ħin adegwat biex effettivament jew virtwalment iżuru lil ħuthom anzjani fil-bżonn jew f’diffikultà (bħal morda, abbandunati, persuni b’diżabilità u oħrajn simili każijiet),” tgħid n-nota.

Iffirmata mill-Maġġur tal-Penitenzjarju, l-Kardinal Mauro Piacenza, u min Kryztof Nykiel. In-nota tgħid li l-Indulġenza Plenarja tista’ tingħata wkoll lil dawk li ma jistgħux jitilqu minn djarhom għal raġunijiet serji u “jingħaqdu spiritwalment mal-funzjonijiet sagri tal-Jum Dinji, billi joffru lil Alla Ħanin it-talb, l-uġigħ jew it-tbatija tagħhom ta’ ħajjithom, speċjalment waqt it-trasmissjoni, permezz tal-mezzi tat-televiżjoni u tar-radju, iżda wkoll permezz tal-mezzi l-ġodda ta’ komunikazzjoni soċjali.”

Għal aktar tagħrif idħol fuq is-sit: https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2021-06/plenary-indulgences-apostolic-penitentiary-world-day-grandparent.html

Published by

Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.