Saċerdot Kattoliku fost ħames persuni li ġew maħtufa fil-Mali

Print Friendly, PDF & Email

Raporti qed jgħidu li nhar it-Tnejn, xi irġiel armati ħatfu ħames Kattoliċi, inkluż il-Kappillan ta’ Ségué, Fr Léon Douyon li jservi fid-Djoċesi Mopti tal-Mali, waqt li kien qed jivvjaġġa lejn il-belt ta’ San għall-funeral ta’ saċerdot. Il-membri l-oħra maħtufa huma l-kap tar-raħal ta’ Ségué, l- viċi sindku u żewġ membru oħra tal-komunità. Fr. Alexis Dembélé, jikkonferma l-ħtif u nnota li dan qajjem “tħassib kbir għall-komunità Kattolika fil-Mali.”

F’intervista li għamel ma’ Vatican News, l-Isqof ta’ Kayes, li hu wkoll l-president tal-Konferenza Episkopali tal-Mali, l-Isqof Jonas Dembélé, esprima tħassib tiegħu dwar il-ħtif. Huwa qal li minkejja li l-Mali għaddiet minn żminijiet diffiċli, ma kien hemm l-ebda inċident ta’ ħtif ta’ saċerdoti, bl-eċċezzjoni ta’ Sr. Gloria Cecilia Narvaez Argoti, soru Kolombjana li taħdem fil-Mali, li kienet inqabdet mill-militanti Iżlamiċi fi Frar 2017. L-Isqof żied li ma jissuspettax li l-ħtif huwa marbut direttament mal-fatt li huma Nsara peress li ma kien hemm l-ebda attakk immirat kontra l-Knisja. Huwa, madankollu, assigura li l-Knisja fil-Mali qed titlob għall-ħelsien tal-grupp u se tkompli tidħol fi sforzi diretti lejn djalogu inter-reliġjuż sabiex tippromwovi l-paċi fil-pajjiż.

Dan l-aħħar, il-Mali esperjenzat żieda fil-vjolenza li qed tinvolvi kemm ċivili, kif ukoll il-militar. Il-ħtif żdied fil-frekwenza mal-militanti li qed ifittxu fidwa jew li jeżerċitaw pressjoni politika. L-vjolenza inter-komunali żdiedet ukoll, kif ukoll ir-ribelli mmexxija minn grupp estremisti Islamiċi marbuta mal-Al Qaeda u l-hekk imsejjaħ stat Iżlamiku ħallew eluf ta’ persuni mejta u ġiegħlu lil ħafna jaħarbu.

Għal aktar tagħrif idħol fuq s-sit: https://www.vaticannews.va/en/church/news/2021-06/mali-priest-kidnap-mopti-violence.html

Author: Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.