Il-Papa se jżur is-Slovakkja

Print Friendly, PDF & Email

Il-Papa jitlob għal Eswatini u jħabbar żjara pastorali ġewwa Budapest-Slovakkja

Fil-konklużjoni tal-Anġelus tal-Ħadd 4 ta’ Lulju 2021, il-Papa Franġisku dawwar il-ħsibijiet tiegħu lejn in-nazzjon Afrikan tan-Nofsinhar ta’ Eswatini. Huwa fakkar fl-aħbarijiet t’inkwiet u vjolenza li ġew irrappurtati u talab lil dawk fl-awtorità u dawk li qed jaspiraw għall-futur ta’ pajjiżhom biex jaħdmu flimkien għal “djalogu, rikonċiljazzjoni u soluzzjoni paċifika” fid-differenza ta’ bejniethom.

Il-Papa qal ukoll li huwa kuntent li qed iħabbar il-vjaġġ tiegħu mit-12 sal-15 ta’ Settembru fiż-żjara pastorali lejn is-Slovakkja. Il-vjaġġ jibda l-ewwel bi żjara fil-kapitali Ungeriża ta’ Budapest. Hemmhekk hu ser jikkonċelebra l-Quddiesa tal-għeluq it-52 Kungress Ewkaristiku Internazzjonali. Huwa esprima l-gratitudni tiegħu għal dawk kollha li qed jorganizzaw u jħejju l-vjaġġ, joffri t-talb tiegħu għalihom u stieden lil kulħadd biex jagħmel l-istess.

Id-Direttur tal-Uffiċċju tal-Istampa tas-Santa Sede, Matteo Bruni, wara l-Anġelus, ħareġ stqarrija fejn innota li l-Papa Franġisku “aċċetta l-istedina mill-Awtoritajiet ċivili u l-Konferenza Episkopali”.

“Nhar il-Ħadd, 12 ta’ Settembru 2021”, tkompli l-istqarrija, “l-Papa Franġisku se jkun f’Budapest għaċ-ċelebrazzjoni tal-Quddiesa għall-konklużjoni tat-52 Kungress Ewkaristiku Internazzjonali; sussegwentement, mit-12 sal-15 ta’ Settembru 2021, huwa se jivvjaġġa lejn is-Slovakkja , u jżur il-bliet ta’ Bratislava, Prešov, Košice e Šaštin. Il-programm tal-Vjaġġ se jiġi ppubblikat fiż-żmien li ġej”.

Għal aktar tagħrif idħol fuq is-sit: https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2021-07/pope-prays-for-e-swatini-and-announces-slovak-budapest-trip.html

Author: Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading