Il-Papaboys

Print Friendly, PDF & Email

Il-Papaboys: il-parroċċi kollha tad-dinja jitolbu għall-Qdusija Tiegħu. #DajeFrancesco, il-frażi li qabdet fuq il-midja soċjali

Il-Papaboys qed jistiednu lin-nies fil-parroċċi kollha tad-dinja, biex jitolbu għall-Papa Franġisku. U nhar il-Ħadd, ikunu preżenti għall-Anġelus quddiem l-isptar Gemelli (dejjem jekk ikun hemm), bħalma kien sar ma’ Ġwanni Pawlu II. L-inizjattiva bdiet tam-tam fuq in-networks soċjali tal-Papaboys Taljani, permezz tal-websajt Taljana: www.papaboys.org, li mill-ewwel daħlu fiha żgħażagħ mill-Brażil, il-Paragwaj, l-Arġentina u prattikament l-Amerika Latina kollha.

“Hekk kif ġiet ikkomunikata l-aħbar li l-Papa Franġisku daħal l-isptar, immedjatament attivjana inizjattiva ta’ talb fil-pajjiżi kollha tad-dinja, fejn qed nistiednu r-realtajiet ekkleżjali kollha, b’sentenza fid-djalett Ruman #DajeFrancesco, li reġgħet qabdet sew fuq id-diversi networks soċjali”.

“Kif għamilna snin ilu għal Ġwanni Pawlu II, u fil-‘jiem diffiċli’ ta’ Benedittu XVI, ukoll għall-Papa Franġisku ġew attivati minnufih iċ-‘ċelloli’ ta’ Adorazzjoni Ewkaristika mxerdin mal-Italja kollha, li huma mpenjati li joffru talb kontinwu. Barra minn hekk, tlabna lis-saċerdoti kollha li nafu, biex joffru l-Quddiesa ta’ dawn il-jiem, bl-intenzjoni partikolari għall-Qdusija Tiegħu: hija wkoll stedina għall-parroċċi u għall-Kattoliċi kollha”.

Ikkonkludew: “Ejjew nitolbu għall-Papa, kif dejjem jitlobna kull nhar ta’ Ħadd, illum nistgħu nirrispondu bi preżenza spiritwali. Huwa sabiħ li naħsbu, għal darb’oħra, wara dan iż-żmien diffiċli ta’ pandemija, li l-Kristjaneżmu kollu jiġbor fit-talb bla waqfien madwar Pietru”.

Għal aktar tagħrif idħol fuq is-sit: https://www.agensir.it/quotidiano/2021/7/6/papa-al-gemelli-papaboys-in-tutte-le-parrocchie-del-mondo-si-prega-per-il-pontefice-dajefrancesco-la-frase-rimbalzata-sui-social/

Author: Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.

%d