L-aħħar aġġornament mediku: l-Papa Franġisku jkompli jirkupra
Il-Papa Franġisku jinsab f’qagħda tajba u f’sensieh. Dan qalitu stqarrija maħruġa mid-direttur tal-Uffiċċju Stampa tas-Santa Sede, Matteo Bruni, fl-aħħar bulettin mediku maħruġ wara l-operazzjoni li għamel il-Papa nhar il-Ħadd filgħaxija.
Matteo Bruni qal fl-istqarrija tiegħu li l-Papa Franġisku sejjer tajjeb, f’sensieh u qiegħed jieħu n-nifs waħdu. Huwa qal li matul l-operazzjoni saret emikolektomija fuq in-naħa tax-xellug li damet madwar tliet sigħat. Huwa żied li l-Papa se jibqa’ l-isptar Gemelli għal sebat ijiem, sakemm ma jkunx hemm xi kumplikazzjonijiet.
Għal aktar tagħrif idħol fuq is-sit: https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2021-07/latest-medical-update-pope-francis-continues-to-recover.html