New Zealand fuq Mary’s Way

Print Friendly, PDF & Email

New Zealand: Tiġdid tad-dedikazzjoni tal-pajjiż se tissejjaħ Mary’s Way

New Zealand qed iġġeddu d-dedikazzjoni ta’ pajjiżhom lill-Madonna wara diversi talbiet li saru mill-parruċċani matul il-lockdown nazzjonali ta’ Covid-19 is-sena li għaddiet.

L-isqfijiet tal-pajjiż għażlu ‘Te Ara o Maria’ jew ‘Mary’s Way’ li kien issuġġerit minn Manuel Beazley, il-Vigarju tad-Djoċesi ta’Auckland għal Māori u approvat nhar il-Ġimgħa li għadda mill-isqfijiet f’laqgħa speċjali li saret biex tiddiskuti l-proġett.

Meta tkellem dwar l-isem, l-Isqof ta’ Hamilton Stephen Lowe, s-Segretarju tal-Konferenza tal-Isqfijiet qal, “Kellna bżonn isem formali għat-tiġdid, u s-suġġeriment ta’ Manuel Beazley jaqbad b’mod sabiħ ir-rwol ta’ Marija bħala l-mudell ta’ dixxipulat li tmexxina fit-triq lejn dixxipulat missjunarju”.

L-isqfijiet ikkonfermaw ukoll li l-knisja storika ta’ Santa Marija tal-Anġli fiċ-ċentru ta’ Wellington se ssir santwarju nazzjonali. L-Isqof Jean-Baptiste Pompallier iddedika l-pajjiż lill-Marija Assunta meta ċċelebra l-ewwel Quddiesa tiegħu hemmhekk fit-13 ta’ Jannar 1838.

L-Assunta tal-Verġni Mbierka Marija huwa jum t’obbligu fi New Zealand, u din is-sena se taħbat fil-ġurnata tal-Ħadd. Skond il-websajt tal-Konferenza tal-Isqfijiet, “il-Parroċċi madwar il-pajjiż kollu se jkunu mistiedna jingħaqdu fit-talb għat-tiġdid tad-dedikazzjoni”.

L-artist Damien Walker ġie kkummissjonat li jpinġi xbieha ta’ Marija u Ġesù u li se tkun żvelata f’Santa Marija tal-Anġli fil-15 ta’ Awwissu, mbagħad meħuda fuq tour madwar kull waħda mis-sitt djoċesijiet Kattoliċi tal-pajjiż.

Għal aktar tagħrif idħol fuq is-sit: https://www.vaticannews.va/en/church/news/2021-06/new-zealand-renewal-of-dedication-to-be-named-mary-s-way.html

Author: Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading