Nitolbu għall-grazzja biex il-Knisja ġġedded lilha nfisha

Print Friendly, PDF & Email

Il-Fehma tal-Papa għal Awwissu 2021.

Il-Papa jistieden lill-bnedmin ta’ rieda tajba sabiex ningħaqdu flimkien u nitolbu għall-Knisja biex tirċievi mingħand l-Ispirtu s-Santu l-grazzja u l-forza li ġġedded lilha nfisha fid-dawl tal-Vanġelu.

Sfidi ta’ Żminijietna fit-Talb

Current Issues in Prayer

Adorazzjoni skont il-Fehma tal-Papa

Poster bil-Malti

Poster in English

Il-Knisja f’Mixja

Il-vokazzjoni propja tal-Knisja hi l-evanġelizzazzjoni; mhux biex nikkonvertu n-nies, le. Il-vokazzjoni tagħha hija l-evanġelizzazzjoni; aktar minn hekk, l-identità tal-Knisja hija l-evanġelizzazzjoni.

Aħna nistgħu nġeddu ’l-Knisja biss meta niddixxernu r-rieda ta’ Alla fil-ħajja tagħna ta’ kuljum u nibdew il-bidla mmexxija mill-Ispirtu s-Santu. It-tiġdid personali tagħna hija dik il-bidla. Li nħallu l-Ispirtu s-Santu, id-don ta’ Alla fi qlubna, ifakkarna dak li għallimna Ġesù u jgħinna npoġġuh fil-prattika.

Ejjew nibdew nġeddu ’l-Knisja bit-tiġdid tagħna nfusna, mingħajr ideat ippreparati minn qabel, mingħajr preġudizzji ideoloġiċi, mingħajr riġidità, iżda pjuttost billi nimxu ‘l quddiem fuq pedamenti tal-esperjenza spiritwali —esperjenza ta’ talb, esperjenza ta’ karità, esperjenza ta’ servizz. 

Noħlom bi Knisja aktar missjunarja: waħda li toħroġ biex tiltaqa’ mal-oħrajn mingħajr ma tipprova tikkonvertihom, lesta li tibdel l-istrutturi kollha tagħha biex ikunu addattati għall-evanġelizzazzjoni tad-dinja tal-lum.

Ejjew niftakru li l-Knisja dejjem se jkollha diffikultajiet, dejjem se ssib ruħha fi kriżi, għax hi ħajja. L-affarijiet ħajjin jgħaddu minn kriżijiet. Il-mejtin biss ma jkollhomx  kriżijiet.

Ejjew nitolbu għall-Knisja, biex  hi tirċievi mill-Ispirtu s-Santu l-grazzja u s-saħħa biex iġġedded lilha nnifisha fid-dawl tal-Evanġelju.

Author: Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.