Il-Fini tal-bniedem

Kitba ta’ Patri Juan De Bono ocd

Alla ħalaqna biex NARGĦRFU, INĦOBBUH U NAQDUH, u wara din il-ħajja immoru NGAWDUH GĦAL KEMM HI TWILA L-ETERNITA’.

Din kienet l-ewwel ħaġa li konna nitgħallmu meta mmorru l-Mużew, u nistqarr li kieku fil-ħajja kellna nitgħallmu din biss, KIEN IKUN BIŻŻEJJED.

Kollox igħaddi

X’jiswew iċ-ċertifikati  jekk imbagħad barra minn fuqna nitilfgħu ruħna ?

X’jiswew is-suċċessi li forsi xi wħud jaslu għalihom f’din il-ħajja jekk imbagħad kollha jintemmu mal-mewt ?

Tgħiduli imma mbagħad abbli jibnulna xi momument jew isemmu xi triq għalina.

So what ? Xorta ma jkun jiswa xejn dak il-monument u dik it-triq, jekk barra minn fuqna nispiċċaw fin-nirien ta’ dejjem !!!

Fiction story ?

Tgħiduli, imma din hija biss ‘fiction story’ and ‘we evolved issa minn dawn il-ħsibijiet ripressanti’. Issib min igħidlek, ‘u iva, mhux ftit se jintilfu’.

Nitolbu u nissagrifikaw irwieħna li ftit jintilfu, imma biex eventwalment insalvaw, kollox jiddependi f’li almenu f’ċertu stadju fil-ħajja, aħna nindmu, fejn b’indiema nifhmu illi li kieku kellna mmorru lura fil-ħajja, konna ma nwettqux l-istess sbalji u dnubiet li nkunu wettaqna.

Il-bniedem modern

Il-bniedem modern, aktar minn qatt qabel bena altari lil l-allat li mhumiex it-Tliet Persuni Divini, u quddiem dawn l-allat qiegħed jinżel għarkuptejh.

Spiss ninnota li l-bniedem modern (inkluż ħafna li jkunu l-Knisja kuljum) qiegħed aktar minn qatt qabel iqiegħed lilu nnifsu u l-bżonnnijiet tiegħu, qabel kollox u kulħadd.

Ħajja kollha kemm hi mogħtija ‘l Alla fil-klawsura Tereżjana

Illum sejrin nagħtu l-aħħar tislima lil Swor Bernardette tal-Immakulata, reliġjuża fqajra tal-monasteru ta’ Santa Margherita, Bormla, li għal għexieren ta’ snin għexet bla dawl, imma li dejjem u f’kull ċirkostanza qegħdet lil Alla qabel lilha nnifisha u xtaqet biss li twettaq ir-rieda ta’ Alla qabel kollox b’mod sħiħ.

Int u jiena abbli bla ma nafu ninsabu hawn, grazzi għall ħajja sagrifikata ta’ Swor Bernardette tal-Immaklulata.

Swor Bernardette marret issa, imma dak li għalmitna b’ħajja dedikata lil Alla, jibqa’ magħna għal dejjem, għax hija għenietna nifhmu li tassew Alla ħalaqna biex nagħrfuH, nħobbuH u nservuH, biex wara din il-ħajja mmorru ngawduH għal eternita’.

One thought on “Il-Fini tal-bniedem”

  1. Jiena nahseb li cirkustanti Tal hajja ta lum jafetwa IL hajja Tal. Familje

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading