Talb tal-interċessjoni. It-Tieni Ħadd tar-Randan.

V … Konvinti mill-maħfra li Alla dejjem irid jagħtina, ejjew induru lejh b’tama sħiħa u b’xewqa sinċiera. Nitolbuh u ngħidu flimkien: Aħfrilna Mulej, għax aħna dgħajfa.

1. Nitolbu għall-Knisja sabiex turi dejjem kompassjoni u ħniena lejn kull min jersaq biex jirċievi s-Sagrament tar-Rikonċiljazzjoni li jqarribna iktar lejn Alla u lejn xulxin. Nitolbu

2. Nitolbu għall-mexxejja tan-nazzjonijiet sabiex id-dawl muri fuq il-muntanja Tabor jgħinhom jifhmu li l-konverżjoni tal-qalb biss tista’ toħroġna mid-dlam li ħafna drabi jtellifna milli ngħixu l-ħajja fil-milja tagħha. Nitolbu

3. Nitolbu għal kull persuna ta’ rieda tajba, biex f’din il-mixja tar-Randan, titgħallem timxi wara Ġesù Kristu, li jrid jibni umanità ġdida, umanità rikonċiljata mal-Missier. Nitolbu

4. Nitolbu biex kull Nisrani, fuq l-eżempju ta’ Abram li ħalla kollox biex iwettaq ir-rieda t’Alla, isib il-qawwa tiegħu hekk kif ifittex li jwettaq dak li Alla qiegħed isejjaħlu għalih b’ħafna ġenerożità . Nitolbu

V … Mulej, għal darb’oħra qiegħed toffrilna dan iż-żmien qaddis biex nerġgħu niskopru s-sens tal-ħajja u nitħabbu miegħek u ma’ xulxin Għallimna nimxu flimkien fuq il-passi tiegħek biex l-għemil u l-kelma tagħna jirriflettu dejjem il-kobor tal-imħabba tiegħek. Bi Kristu Sidna.

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading