Tingħata l-aħħar tislima lil Dun Tancred Sultana

Print Friendly, PDF & Email

It-Tnejn 16 ta’ Awwissu 2021, ingħatat l-aħħar tislima lil Dun Tancred Sultana li għal snin twal kien jaħdem fil-Kanċellerija tal-Kurja tal-Arċisqof. Il-quddiesa li saret fil-Knisja ta’ San Gejtanu, il-Ħamrun, tmexxiet mill-Arċisqof Charles Scicluna.

Fl-omelija tiegħu, l-Isqof ta’ Ġilbiltà Mons. Carmel Zammit, tkellem dwar ir-rabta li Fr Tancred kellu ma’ Ġibiltà, il-pajjiż li fih beda u temm is-saċedozju tiegħu. “Fr Tancred ħabb lil Ġibiltà fejn qatta’ l-ewwel tliet snin tas-saċerdozju tiegħu. Matul dawn l-aħħar ħames snin kien iżur Ġibiltà biex jaħdem flok il-qassisin li jkunu qed jieħdu break. Dawk kollha li kienu jafuh kienu japprezzaw is-sens ta’ servizz u l-impenn tiegħu bħala qassis.”

Agħfas hawn biex taqra l-omelija tal-Isqof Carmel Zammit.

Sors: www.knisja.mt

Leave a Reply