Père Jacques Hamel, Martri ta’ żmienna

Print Friendly, PDF & Email

Ir-rabta mal-volontà ta’ Alla twassal għall-martirju. Père Jacques Hamel (1930-2016) hu martri ta’ żmienna. Ġie maqtul minn żewġ Jihadisti fis-26 ta’ Lulju 2016, fil-knisja żgħira ta’ Saint Étienne-du-Rouvray, fi Franza.

Kellu 85 sena.Fl-okkażjoni tas-Sud-Djakonat tiegħu, kien kiteb hekk fuq wara ta’ ritratt li ttieħed dakinhar waqt li flimkien ma’ sħabu kien għarkupptejh f’riġlejn l-altar: “It-2 ta’ Lulju 1957, fil-Katidral ta’ Rouen. Jiena aċċettajt li nkun mal-Mulej. Ħalli jmexxini fit-triq li togħġob lilu.” Jacque Hamel, Sud-Djaknu.

Père Jacques Hamel (1930-2016)

Kienet l-għodwa tat-Tnejn, 26 ta’ Lulju 2016 meta ġie maqtul Père Jacques Hamel, fil-knisja li kien jieħu ħsieb, f’Saint-Étienne-du-Rouvray, Franza. Qatluh żewġ żagħżugħ li stqarru li huma parti mill-grupp terroristiku tal-Istat Iżlamiku. Père Jacques Hamel, li kellu 86 sena meta qatluh, kien patri twajjeb, li tant kien jaħdem għall-għaqda u li baqa’ msemmi għall-virtù tal-maħfra.

F’omelija fil-kappella ta’ Santa Marta, f’Ruma, il-Papa Franġisku kien qal li Père Jacques Hamel hu martri tal-Knisja tal-lum, wieħed fost il-ħafna li sfaw assassinati, torturati u mitfugħin il-ħabs għax ma ridux jiċħdu lil Ġesù Kristu.

Illum, pellegrini kurjużi qed imorru biex jagħmlu riflessjoni fuq il-qabar tiegħu jew fil-knisja fejn kien jaqdi. Il-knisja ta’ f’Saint-Étienne-du-Rouvray saret, li saret post ta’ pellegrinagg Dan il-post ta’ tifkira jisa’ jkber fl-imporanza u fl-attivita’ tiegħu aktar ma jimxi ‘l quddiem il-proċess tal-beatifiikazzjoni tiegħu.

L-att erojku ta’ Père Jacques Hamel ma ħalliex lin-nies indifferenti. Wara dan l-att kriminali, ħafna nies, saċerdoti, nies li jemmnu u lajċi minn kull nazzjonalità, bdew iżuru bi ħġarhom din il-lokalita’ ta’ Seine-Maritime. Numru kbir ta’ persuni qed iżuru l-post kull sena, ħafna fi gruppi, u jistaqsu lil dawk li kienu jafu lil Père Jacques Humel.

L-affluss ta’ kurjużi u ta’ pellegrini hu mpressjonanti wkoll fiċ-ċimiterju ta’ Bonsecours fejn, fil-linja tas-saċerdoti hemm midfun Père Jacques Hamel. Ħafna nies jghaddu, weħidhom jew fi gruppi, u l-biċċa l-kbira jindunaw li kienu milqutin bix-xhieda relatata mal-ħajja ta’ dan il-Patri.

Biex tibda kawża ta’ beatifikazzjoni, normalment jgħaddu ħames snin mill-mewt, iżda fit-13 ta’ April, 2017, il-Papa Franġisku kien ta’ dispensa biex jinfetaħ il-proċess minnufih.

Kitba ta’ Joe Galea

Author: Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.