L-ewwel jum tal-vjaġġ tal-Papa

Print Friendly, PDF & Email

L-ewwel ġurnata tal-34 Vjaġġ Appostoliku tal-Papa Franġisku fl-Ungerija u Slovakkja

Il-Papa Franġisku beda l-34 vjaġġ Appostoliku tiegħu barra l-pajjiż, fejn qed iżur l-Ungerija u Slovakkja. L-Papa niżel f’Budapest l-Ħadd filgħodu għal żjara fil-kapitali Ungeriża. L-ewwel waqfa tiegħu kienet fil-Mużew tal-Belle Arti, fejn hemmhekk iltaqa’ mal-President u l-Prim Ministru Ungeriż; imbagħad kellu laqgħa mal-Isqfijiet tal-pajjiż, u finalment mar-rappreżentanti minn diversi Knejjes Insara u komunitajiet Lhud.

Il-Papa Franġisku għalaq iż-żjara biċ-ċelebrazzjoni tal-Quddiesa Mqaddsa fi Pjazza l-Eroj, fejn ikkonkluda t-52 Kungress Ewkaristiku Internazzjonali, li kien ilu għaddej il-ġimgħa kollha.

Wara l-Quddiesa, l-Papa qabad l-ajruplan u ttajjar lejn Bratislava, l-belt kapitali tas-Slovakkja, fejn iltaqa’ ma’ rappreżentanti tal-Kunsill Ekumeniku tal-Knejjes.   

Għal aktar tagħrif idħol fuq s-sit …

Ara bil-Malti flimkien ma’ filmati, id-diskorsi li għamel il-Papa Franġisku fl-ewwel jum. il-Ħadd 12 ta’ Settembru 2021 …

Author: Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.