Papa Franġisku: X’differenza għamlu dawn it-tliet ijiem

Print Friendly, PDF & Email

Meta l-Papa Franġisku wasal għal din iż-Żjara Appostolika fis-Slovakkja nhar il-Ħadd, fuq il-banners kien hemm il-kliem: “Viva Papa Francesco”  Hekk mat-tluq tiegħu, l-Erbgħa, wara ċ-ċelebrazzjoni tal-Quddiesa Mqaddsa fis-Santwarju Nazzjonali f’Saštin, il-banner inbidlu bil-kliem: “Grażżi Missier Qaddis”.

Din iż-żjara kienet xenarju ta’ bosta avvenimenti sinifikanti: ċ-ċelebrazzjoni tal-Liturġija Divina Biżantina u l-Quddiesa f’Saštin urew li l-valuri Nsara għandhom għeruq sodi fis-soċjetà tul is-sekli u għadhom sal-llum.

Iż-żjara tat ukoll okkażjoni lill-Papa Franġisku biex jenfasizza l-importanza tal-għaqda u fraternità waqt il-laqgħa ekumenika u fil-laqgħa mal-komunità Lhudija.

Imma forsi ż-żewġ avvenimenti li qabdu l-qalba tal-Kristjaneżmu, u l-ispirtu tal-karità fl-azzjoni, kienu ż-żjarat fiċ-Ċentru Betlem f’Petržalka u fil-Komunità Roma f’Lunik IX. Ħafna min-nies li nhar it-Tlieta kienu f’Lunik IX raw xhieda ta’ komunità li tat kollox biex tilqa’ lill-Papa f’atmosfera ferrieħa, iggwidata fit-talb mis-Salesjani ta’ Don Bosco.  Hekk kif il-Papa Franġisku telaq minn dan id-distrett ta’ Košice, in-nies diġa kienu qed jesprimu t-tama li din iż-żjara tħalli frott veru għall-komunità t’hawnhekk.

Is-Slovakkja għadu pajjiż sod fil-fidi, iżda bħal kull pjanta, jekk ma titrawwimx, tmur. Il-Knisja f’dan il-pajjiż hija konxja sew li s-sekulariżmu li wasal fil-bieb ta’ bosta pajjiżi Ewropej wiegħed iħabbat hawnhekk ukoll. Għalhekk, għall-isqfijiet tas-Slovakkja, li tneħħi ħarstek minn fuq il-ballun mhix għażla.

B’dan il-vjaġġ appostoliku tiegħu, l-Papa ta daqqa ta’ enerġija lill-fidili; li deher ħafna fil-laqgħa li kellu maż-żgħażagħ fl-istadju ta’ Lokomotiva, f’Košice, fejn il-Papa Franġisku ħeġġeġ “Biex l-imħabba tkun produttiva, tinsewx l-għeruq tagħkom”. Huwa qal li dawk l-għerqu jinsabu fl-imħabba u l-erojiżmu tal-Mulej Ġesù.

Qabel mal-Papa telaq lura lejn Ruma, huwa ħallielhom messaġġ: “il-fidi hija vjaġġ ispirata minn devozzjoni sempliċi u sinċiera”, u talabhom biex jippersistu fiha bil-kompassjoni u l-gratitudni.

Għal aktar tagħrif idħol fuq s-sit: https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2021-09/pope-in-slovakia-what-difference-three-days-make.html

Author: Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.