Inħajru lit-tfal permezz ta’ dan il-poster biex fil-weekend jieħdu sehem fil-Quddiesa fil-knisja jew isegwuha mal-familja minn fuq it-televiżjoni jew minn fuq is-sit tal-parroċċa. Bħala tħejjija, fil-kaxxi l-bojod iridu jiktbu 6 kelmiet mill-Vanġelu li għandhom x’jaqsmu mal-baħar u mas-sajd.


