Il-Kardinal Krajewski f’Lviv

Print Friendly, PDF & Email

Refuġjati Ukreni grati għall-għajnuna.

Is-solidarjetà tivvjaġġa tul it-toroq mhedda mill-bombi, fejn il-ġarr ta’ kaxxi tal-ikel u pakketti tal-mediċini, jistgħu jkunu vjaġġ one-way. Din is-solidarjetà hija sostnuta mill-qalb tal-Papa Franġisku, li ddeċieda – f’żona kbira daqs l-Ukrajna, fejn il-fjuwil diġa’ huwa skars – ikkontribwixxa għall-ispejjeż tal-vetturi kbar, mgħobbija bl-għajnuna umanitarja, jibqgħu sejrin, b’riskju li jistgħu jispiċċaw maqbudin quddiem xi tank tal-gwerra.

Nhar it-Tlieta l-Kardinal Konrad Krajewski, wara waqfa qasira fil-Polonja, fejn hemmhekk iltaqa’ ma’ oċean ta refuġjati li qed jikber kontinwament, huwa baqa’ sejjer fiż-żona madwar Lviv, fl-Ukrajna, fejn hemm huwa wassal l-estensjoni tal-qrubija tal-Papa.

Wara li qasam il-fruntiera lejn l-Ukrajna, l-Almonjir tal-Papa, tkellem mal-midja tal-Vatikan dwar l-isforz impressjonanti li qed isir fis-sigurtà relattiva ta’ Lviv biex jintlaħqu dawk li għadhom fil-mira tal-missili, u li qed jitħabtu biex jaħarbu mill-ibliet, f’ dawk imsejħa ‘kurituri umanitarji’, li huma fraġli u li xi kultant ikunu mwaqqfin milli jagħmlu dan.

“Jien qiegħed f’Lviv, imma għal raġunijiet ta’ sigurtà ma nistgħux ngħidu eżattament fejn”, hekk stqarr il-Kardinal. “Dan huwa post, fejn l-ammonti kbar ta’ għajnuna qed tingħata mill-komunità Ewropea, u li dawn qed jaslu mill-Polonja. Kollox jinħatt f’imħażen kbar, u minn hawn it-trakkijiet jitilqu lejn Kiev, Odessa, għan-nofsinhar tal-pajjiż”. L-aħbar tajba, jgħid il-Kardinal Krajewski, li b’sodisfazzjoni “minkejja l-bumbardamenti, din l-għajnuna kollha għadha tasal fid-destinazzjoni tagħha.”

Dan ġie kkonfermat mill-Isqfijiet ta’ Kiev, Odessa, u Karkhiv, u min-Nunzju Appostoliku, l-Arċisqof Visvaldas Kulbokas, li miegħu kien f’kuntatt il-Kardinal Krajewski. L-appoġġ tal-Papa kien partikolarment prattiku f’dan ir-rigward.

Solidarjetà u talb, li, flimkien, jagħtu nifs lit-tama. It-tama minkejja kollox hija inċentiv ċar għal ħafna Ukreni, li ġew sfurzati jitilqu minn djarhom, u li ħsiebhom hu li xi darba jerġgħu jirritornaw lura. Fl-epiċentru tal-eżodu, dan huwa immedjat daws li tmiss il-laħam il-ħaj.

Kardinal Krajewski qal, li fejn qiegħed hu, “kull ħames minuti naraw ir-refuġjati jaslu mill-parti tal-Lvant ta’ Kiev. Dawn huma l-aktar nisa bit-tfal. Xi wħud iridu jidħlu l-Polonja, oħrajn iridu jibqgħu qrib il-fruntiera; imma hemm dawk ukoll li qegħdin hawn Lviv – fejn għad m’hawn l-ebda theddida ta’ gwerra, minkejja li hija perikoluża ħafna – Hawnhekk qed jistennew il-ħelsien, qed jistennew biex jirritornaw.”

Illum, ġewwa Lviv, hemm ‘nofs miljun abitant iktar’ minn qabel bdiet l-invażjoni. Skejjel, parroċċi, kull metru kwadru hemm disponibbli dar temporanja għalihom. “Kull fejn hemm ftit spazju, kollox huwa okkupat minn refuġajti, li jitolbu, mimlijin tama, u li tassew grati lejn il-komunità Ewropea li qed tagħti tant donazzjonijiet, u li hija qrib tagħhom, u li qed titlob għalihom”.

Kardinal Krajewski għalaq billi qal: “Qatt qabel ma ħassewhom daqshekk magħqudin: li diġa’ jħossuhom lilhom infushom bħala parti mill-Ewropa; permezz ta’ dawn il-ġesti umanitarju, issa jħossu wkoll li huma parti integrali minnha”.

Għal aktar tagħrif idħol fuq is-sit: https://www.vaticannews.va/en/church/news/2022-03/krajewski-in-lviv-ukrainian-refugees-grateful-for-assistance.html

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading